Solemn Commemoration of Our Lady of Mount Carmel

Celebrating the Patronal feast of the Order.

Messaġġ tal-Provinċjal għall-Festa tal-Madonna tal-Karmnu 2016

Fi ħnientek nistkennu, Qaddisa Omm Alla

Madonna tal-Karmnu.festa.2016Hija u tfaħħar lil Alla fid-dar ta’ Żakkarija u Eliżabetta, Marija tikkontempla lġrajja tal-poplu tagħha bħala ġrajja mħaddna kollha kemm mill-ħniena tal-Mulej: “Ilħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu” (Lq 1, 50). Issa din listorja ta’ ħniena kienet waslet fil-milja tagħha. Fil-qalb ħanina tiegħu, Alla kien ġej mill-għoli biex iżur lill-poplu tiegħu b’mod definittiv fil-persuna ta’ Ibnu Ġesù Kristu u joffri s-salvazzjoni mhux lil Iżrael biss, imma lill-bnedmin kollha (ara Lq 1, 78). Dan kien se jseħħ permezz ta’ Marija, Omm il-Feddej. Biha l-ħniena tal-Missier kienet se tieħu wiċċ uman. Għalhekk Marija tassew jistħoqqilha l-isem ta’ Omm il-ħniena.

Il-ħniena ta’ Alla Marija ġarrbitha iktar minn kulħadd għax bi ħniena bla tarf Alla kien salvaha b’mod speċjali u uniku billi ħelisha milli tiċċappas bid-dnub tan-nisel, ħalli tkun għamara xierqa għall-Feddej. Imħaddna mill-ħniena ta’ Alla sa mill-bidu u magħġuna ħaġa waħda ma’ Binha, l-għajn dejjiema tal-ħniena tal-Missier, Marija mtliet bil-ħniena għad-dixxipli ta’ Binha u għall-bnedmin kollha, kif turina l-ġrajja tat-tieġ ta’ Kana (ara Ġw 2, 1-11). Il-qalb tagħha ta’ omm timtela bil-ħniena meta tara d-dinja nieqsa mill-ferħ (irrapreżentat mill-inbid) li jista’ jiġi biss milli nisimgħu minn Binha u ngħixu kif jurina hu fl-Evanġelju.

L-Insara dejjem urew fiduċja kbira fil-ħniena ta’ Marija. Ġa fis-seklu 3, insibu fl-Eġittu din it-talba sabiħa: Fi ħnientek nistkennu, Omm Qaddisa ta’ Alla. La twarrabx minn quddiemek it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna, iżda eħlisna dejjem minn kull tiġrib, o Verġni glorjuża u mbierka. 

Kemm-il darba l-Madonna ġiet irrapreżentata bil-mant miftuħ ħa tkennen fih lillbnedmin. Din ir-rappreżentazzjoni tissejjaħ preċiżament Mater misericordiæ, Omm ilħniena. Hija rappreżentazzjoni ħafna għal qalb l-Ordni Karmelitan. Insibuha mpittra jew skolpita f’ħafna knejjes u kunventi tal-Ordni u stampata f’ħafna kotba Karmelitani. Saħansitra hemm min jaħseb li l-arma tal-Ordni kif nafuha llum mhix għajr rappreżentazzjoni grafika tax-xbieha ta’ Marija bil-mant miftuħ qegħda tkennen fih lil uliedha Karmelitani.

It-talba antika Flos Carmeli, li t-tradizzjoni Karmelitana rabtet ma’ San Xmun Stock u d-dehra tal-Madonna li tagħtu l-libsa tal-Ordni bħala sinjal ta’ protezzjoni fil-ħajja u l-mewt, titlob lill-Madonna biex turi ħniena mal-Karmelitani, Carmelitis esto propitia. Innu ieħor antik Karmelitan isejjaħ lill-Madonna Omm il-ħniena, Omm ilmaħfra, Omm it-tama u Omm il-grazzja.

Aħna u niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Karmnu f’dan il-Ġublew tal-Ħniena, ejjew nintelqu f’idejha u nitolbuha: Dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena u wrina wara dan it-turufnament lill-frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

P. Alexander Vella O.Carm.
Pirjol Provinċjali


PROGRAMM TAL-FESTI

fil-Knisja tal-Karmnu
14-25 ta’ Lulju 2016
L-IMDINA

Programm festa 2016

NEXT EVENT :

Titus Brandsma Circle

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook