Facebook Page Available
  • LOCATION :

    Carmelite Priory - Mdina - Malta
  • Date :

    4 - 6 November 2016
  • Time :

    4 November at 19:30 to 6 November at 12:30

Eliżabetta Catez twieldet fil-kamp militari ta’ Avord, Franza fit-18 ta’ Lulju 1880.  Kellha karattru sensibli ħafna, trid tgħaddi tagħha u tfur malajr. Meta kellha 7 snin għamlet l-ewwel qrara u għamlet f’moħħha li tiġġieled bis-sħiħ il-karattru tagħha. Hija ssejjaħ dan il-jum ‘il-ġurnata tal-konverżjoni tiegħi’. Din il-ġlieda damet sakemm kellha 19 il-sena. Meta għamlet l-ewwel tqarbina marret ma ommha fil-Karmelu ta’ Dijon fejn is-superjura qaltilha ’Binti hemm misteru kbir moħbi wara ismek… inti jismek Dar ta’ Alla. Hemm qegħdin jgħammru t-Tlieta li inti tħobb.’ Minn dak il-jum Sabeth ħasset li Ġesu’ qed isejħilha għall-ħajja dedikata lilu fil-karmelu. Wara ħafna oppożizzjoni minn ommha hija daħlet fil-Karmelu ta’ 21 sena.  Is-sejħa tagħha fil-knisja kienet taraha bħala ‘avvent ieħor’ li jħejji l-Inkarnazzjoni tal-Verb fil-bnedmin. Eliżabetta kienet tgħix dejjem maqgħuda mat-Trinita’ li tgħammar fiha u għallmet lil bosta jsibu l-Ġenna tagħhom fuq l-art. Mietet nhar id-9 ta’ Novembru 1906 u ġiet iddikjarata Beata mill-Papa Ġwanni Pawlu II fil-25 ta’ Novembru 1984, u qaddisa nhar is-16 ta’ Ottubru 2016 mill-Papa Franġisku.

elizabetta-tat-trinita

Il-Carmelite Institute Malta se jimmarka l-kanoniżżazjoni ta’ din il-qaddisa Karmelitana b’seminar mill-4 sas-6 ta’ Novembru 2016 fil-Karmnu tal-Mdina.

Is-seminar jitmexxa minn P. Juan Debono O.C.D. u minn P. Alexander Vella, O.Carm.

Biex tieħu sehem f’dan is-seminar, li huwa offrut b’xejn, jeħtieġ li tapplika fuq l-indirizzi email imniżżla iktar l-isfel.

Min irid jista’ jħalli donazzjoni sabiex jgħinna nkopru l-ispejjeż.

Applikazzjoni fuq:

carmeliteinstitute@gmail.com
info@carmelitepriory.org

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook