Facebook Page Available
  • LOCATION :

    Kunvent tal-Karmelitani, L-Imdina
  • Date :

    12 - 14 Mejju 2017
  • Price :

    Is-seminar hu bla ħlas. Madanakollu napprezzaw donazzjoni.

F’għeluq l-450 sena mit-twelid ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, mistika Karmelitana u għalliema tal-ħajja spiritwali, l-Istitut Karmelitan se joffri seminar dwar l-esperjenza u d-duttrina ta’ din il-qaddisa li l-Papa Benedittu XVI fl-2007 sejħilha “Għalliema tal-Ħajja Spiritwali għal kulħadd u l-aktar għas-saċerdoti li għalihom offriet ħajjitha.”

F’dan is-seminar immexxi minn P. Charlò Camilleri, Karmelitan nagħtu ħarsa lejn il-ħajja, l-esperjenza u d-duttrina ta’ din il-qaddisa minn bosta laqtiet u xejriet li jsawwru l-personalità tagħha. Ikollna wkoll l-opportunità li nħarsu lejn il-kitbiet mistiċi li ħalliet.

PROGRAMM

Il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju: Ħajja, Kuntest, Duttrina
07.00pm L-Ewwel Sessjoni
07.45pm Pawsa
08.00pm It-Tieni Sessjoni
08.45pm Pawsa
09.00pm Talba tal-Għasar
09.20pm Għeluq

Is-Sibt 13 ta’ Mejju: Temi tal-Ispiritwalità u l-Kitbiet – 1
09.30am L-Ewwel Sessjoni
09.45am Pawsa
10.00am It-Tieni Sessjoni: Qari fil-Kwiet ta’ Testi magħżula
10.45am It-Tielet Sessjoni: Diskussjoni fil-grupp
11.30am Pawsa
11.45am Quddiesa
12.30pm Ikel ta’ Nofsinhar
02.30pm Ir-Raba’ Sessjoni
03.15pm Pawsa
03.30pm Il-Ħames Sessjoni
04.15pm Adorazzjoni fis-skiet b’għajnuna ta’ testi

Il-Ħadd 14 ta’ Mejju: Temi tal-Ispiritwalità u l-Kitbiet – 2
08.30am Quddiesa
09.30am Is-Sitt Sessjoni
10.15am Pawsa
10.30am Is-Seba’ Sessjoni
11.15am Qari fis-skiet
11.45am It-Tminn Sessjoni: Diskussjoni fil-grupp
12.30pm Adorazzjoni fis-Skiet
01.00pm Tmiem

Imexxi s-Seminar P. Charlò Camilleri, O.Carm.

Is-Seminar hu bla ħlas. Madanakollu napprezzaw donazzjoni biex inkopru l-ispejjeż, speċjalment tan-noti li jitqassmu.

Waqt is-seminar ikun hemm il-pawsiet għall-kafè u gallettini. Għall-ikel ta’ nofsinhar kulħadd jaħseb għalih. Fl-inħawi wkoll hawn diversi stabbilimenti fejn wieħed jista’ jitrejjaq.

Il-programm dettaljat bit-temi tas-sessjonijiet jingħataw il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju lil min ikun qed jieħu sehem. Min se jieħu sehem javża minn qabel.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Pavel Florenskij: A Heritage for the Twenty-First Century

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook