Facebook Page Available
  • LOCATION :

    Kunvent tal-Karmelitani, L-Imdina
  • Date :

    Bejn il-21 u l-25 ta’ Marzu
  • Time :

    Ħinijiet diversi
  • Price :

    Għall-kunċert hemm ħlas. Booking isir mis-sit tat-Teatru Manoel
Bejn il-21 u l-25 ta’ Marzu fil-Knisja Karmelitana tal-Lunzjata tiġi ċċelebrata l-Festa Titulari tat-Tħabbira tal-Mulej lill-Verġni Marija.

Programm Tal-Festa


Din il-festa hija waħda interna, reliġjuża b’laqtiet kulturali. L-aspett reliġjuż idur mal-Liturġija filwaqt li l-apsett kulturali din is-sena nolqtuh b’kunċert fil-21 ta’ Marzu mill-VIBE fil-bidu tar-Rebbiegħa u fl-anniversarju tat-twelid ta’ Bach. Sabiħ li se jkun fil-ġimgħa tal-Lunzjata għax mal-Inkarnazzjoni tal-Mulej bdiet “ir-rebbiegħa” fl-Istorja tas-Salvazzjoni tagħna. Dan hu kunċert bi ħlas u booking isir mis-sit tat-Teatru Manoel

Imbagħad il-Ġimgħa 24 se jkollna taħdita nteressanti u ta’ importanza għall-ilsien Malti u għall-iżvilupp tat-talb bi lsienna. It-taħdita dwar Salve Regina misjuba minn P. Alexander Vella, O.Carm. xi snin ilu fl-Arkivju tal-Kunvent tal-Karmnu fl-Imdina. Nistednukom tieħdu sehem mal-Komunità Karmelitana fil-Liturġija ta’ din il-festa importanti fil-Kalendarju tal-Knisja u wkoll fl-attivitajiet kulturali li żgur issibuhom ta’ nteress.


One Comment to "Festa Titulari tat-Tħabbira tal-Mulej lill-Verġni Marija"

  • John J Schranz
    18/03/2017 at 10:02 am

    Semplicement mistoqsija… imma l-ewwel nett proset u grazzi tax-xoghol li qed taghmlu!

    Il-mistoqsija hi semplici – jista’ wiehed jirrizerva zewg postijiet ghall-avveniment tas-“Sliema Ghalik Sultana”?

    Grazzi u nistenna herqan twegiba minn ghandkom… u proset mill-gdid!

    Tislijiet

    John J Schranz

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook