QARI TAL-JUM

Dan 3, 25.34-43
Salm 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9
Mt 18, 21-35

OMELIJA

Diffiċli ħafna l-maħfra! Il-maħfra vera u mill-qalb, il-maħfra perfetta u sħiħa (dik hi t-tifsira tas-77 darba), li tirrifletti l-maħfra ta’ Alla hija forsi l-iktar aspett diffiċli tal-messaġġ Nisrani. Għax aħna nonqsu lil xulxin ta’ kuljum. U forsi hawn jinsab is-sigriet li jagħmilha iktar faċli l-maħfra, jekk niftakru li ahna kontinwament nonqsu lil Alla u lill-oħrajn, forsi wkoll bla ma nindunaw, għax aħna midinbin, fraġli, miżeri u limitati. Li kieku nżommu quddiem għajnejna li aħna midjunin ma’ Alla, li jxarred fuqna “l-ħlewwa tal-maħfra u l-ħniena tiegħu” kif jitlob Għażarija fl-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum.

Quddiem id-dnub u l-limitu tagħna, Alla jirrimedja billi jsawwab il-ħlewwa tal-maħfra u l-ħniena tiegħu. Il-kliem ta’ Ġesù llum iġib fix-xejn jew jipperfezzjoni l-kundanna li nsibu fil-Ġenesi “Seba’ darbiet jitħallas Kajin u seba’ u sebgħin darba jitħallas Lamek” (Genesi 4:24). Kemm jiswielna niftakru li aħna neħtieġu l-maħfra, li aħna nonqsu bħal kulħadd u hekk inkunu iktar kapaċi naħfru kif jaħfer Alla!

Ejjew inżommu quddiem għajnejna li n-nuqqas ta’ maħfra ġġib magħha ċirku vizzjuż ta’ tort li jwassal għal ieħor. Ġesù llum jistedinna niksru dan iċ-ċirku vizzjuż sabiex ngħixu iktar sereni u fis-sliem magħna nfusna, mal-oħrajn u ma’ Alla.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Titus Brandsma Circle

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook