Elija - Michele Bellanti1. Michele Bellanti (1807-1833)

Kwadru ieħor sabiħ li juri lil San Elija (1858) fil-Karmnu tal-Mdina u meqjus kapulavur ta’ Michele Bellanti flimkien mal-kwadru l-ieħor tal-Madonna tal-Karmnu, jinsab bħala titular tal-kappella ta’ San Elija. L-unika żewġ kwadri fi knisja minn idejn Bellanti fil-fatt huma dawn it-tnejn. Bellanti kien student prolifiku ta’ Giuseppe Hyzler fil-moviment Nazarenu u Purista li ried jirriforma l-arti sagra, imma qata’ minn din il-linja u żviluppa stil għalih influwenzat mir-Romantiċiżmu u l-istil ta’ pre-raphaelite.

San Elija mtellgħa s-sema fir-riefnu ta’ karru tan-nar huwa kwadru meraviljuż mhux biss fit-teknika imma wkoll fil-qawwa li ħierġa minnu l-aktar fiż-żwiemel li telgħin ’il fuq lejn is-sema donnhom ħerġin mill- kwadru. Elija mitluf iħares lejn is-sema mdawwal b’dawl ġentili li jagħti sens ta’ esperjenza mistika profonda li fiha Elija, mhux aktar żorr u qawwi qed jgħaddi mit-trasformazzjoni għas-sema. Il-kwadru fl-istess ħin juri l-għotja tal-mantell ta’ Elija lid-dixxiplu Eliżew li warajh fuq il-blat għarkopptejh jixhed għal din ix-xena waqt li jirċievi l-ispirtu ta’ Elija. Biex jinftiehem iktar dan il-kwadru irid jiġi nterpretat fid-dawl tal-kwadru kumpann tiegħu li juri d-dehra tal-Labtu. Iż-żewġ kwadri fil-kappelli rispettivi tagħhom faċċata ta’ xulxin jiċċelebraw l-ispirtu doppju Karmelitan: dak Marjan u dak Eljan. Dan l-ispirtu doppju jidher fil-Labtu mogħti minn Marija lil San Xmun Stock u fil-Mantar mogħti lil Eliżew minn Elija.

Minn Elija l-Karmelitani jirċievu l-ispirtu Profetiku li nħarsu lejn ir-realtà ta’ madwarna bl-għajnejn ta’ Alla, minn Marija jirċievu l-ispirtu tal-għaqda mistika ma’ Alla. Il-Profeta jsemma’ l-vuċi ta’ Alla, il-mistiku huwa dak magħqud miegħu. Dan l-ispirtu doppju huwa filfatt żewġ faċċati tal-istess realtà għax min hu tassew magħqud ma’ Alla li jista’ jkun Profeta fost il-poplu tiegħu.


Elija - Giuseppe D’Arena2. Giuseppe D’Arena

Kwadru ieħor ta’ San Elija jinsab fis-Sagristija u huwa attribwit lil Giuseppe D’Arena, artist tas-seklu 17. Elija jidher liebes għata tax-xagħar tal-ġemel u qed jirċievi ħbejża minn ċawlun fid-deżert. Dan it-tondo jinterpreta x-xena biblika tal-ħarba ta’ Elija fid-deżert għal erbgħin jum li matulhom kien jiġi mitmugħ minn ċawlun waqt li anġlu kien iġiblu ġarra ilma u jistiednu għall-ikel bil-kliem: “qum u kul inkella ma tkunx tiflaħ għall-mixja li fadallek”. Minn din ix-xena biblika, il-Karmelu żviluppa mistika u spiritwalità tad-deżert li fiha Elija huwa l-mudell tal-mixja tagħna fid-deżert tal-ħajja. F’dan id-deżert jekk ma nitmantnux bil-ħobż Ewkaristiku u bl-ilma tal-Ispirtu li jagħti l-ħajja ma nkunux nifilħu għall-mixja tal-fidi bħala dixxipli ta’ Ġesù.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Pavel Florenskij: A Heritage for the Twenty-First Century

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook