QARI TAL-JUM Iż 1, 10.16-20 Salm 49 (50), 8-9.16bċ-17.21 u 23 Mt 23, 1-12 OMELIJA Sodoma u Gomorra fil-Kotba Mqaddsa huma l-ibliet li fil-Ġenesi nsibu r-rakkont tal-qerda tagħhom għax mhux talli ma’ laqgħux il-qaddejja ta’ Alla, l-anġli tiegħu, u allura lil Alla nnifsu, iżda ttantaw jagħmlu dak li riedu jabbużaw bihom. Lot isalva għax hu […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dan 9, 4b-10 Salm 78 (79), 8.9.11 u 13 Lq 6, 36-38 OMELIJA F’din id-dinja fejn l-opinjoni u l-għażliet ta’ kulħadd huma mogħtijin spazju u vvalorizzati, u hekk għandu jkun, il-kliem ta’ Ġesù “tiġġudikawx biex ma tkunux iġġudikati” jista’ jinftihem ħażin għax bħal donnu jinftihem li ma hemmx kriterju li biha għandna nevalwaw […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dewt 26, 16-19 Salm 118 (119), 1-2.4-5.7-8 2 Kor 6, 2b Mt 5, 43-48 OMELIJA “Kunu perfett, bħal Missierkom tas-Sema”. Il-Kelma ta’ llum ddawrilna ħarsitna lejn dan il-kmand ta’ Alla li mbagħad Ġesù jgħaddih lid-dixxipli tiegħu, għax hu ma ġiex biex iwaqqa’ l-liġi imma biex iwassalha għall-perfezzjoni. Għalhekk ħsibijietna llum għandhom imorru lejn […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Eżek 18, 21-28 Salm 129 (130), 1-2.3-4ab.4ċ-6.7-8 Mt 5, 20-26 OMELIJA Il-Kelma ta’ Alla llum tixprunana fuq “il-ġustizzja”. Fl-ewwel qari, mill-Profeta Eżekjel (Alla jsaħħaħ) il-Mulej jilmenta mal-Profeta li l-poplu qed jakkużah li mhuwiex jimxi b’ġustizzja mal-poplu tiegħu! F’kelma waħda, li mhux miexi sewwa, ma jimxix kif għandu jimxi ma’ dawk li huma tiegħu. […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Est 4, 17 Salm 137 (138) Salm 50 (51) Mt 7, 7-12 OMELIJA Fid-dinja klassika u antika is-soċjetà kienet maqsuma fuq ġerarkija ta’ poter bl-ogħla post miżmum mis-Sultan jew l-Imperatur li fuqu ma kien hemm ħadd, ħlief l-allat. Meta jmut il-poter mhux jintemm iżda jiżdied għax f’xi kulturi, bħal dik Rumana, jew Eġizzjana, […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Ġona 3, 1-10 Ġoel 2, 12-13 Lq 11, 29-32 OMELIJA Dejjem laqtitni l-ġrajja ta’ Ġona! Parabbola ħelwa mimlija tifsir fuq kif jaħdem Alla magħna. Ġona jintbagħat minn Alla mhux biex jikkonverti lil Ninwè imma biex ibassar il-qerda. Qisu l-verdett kien ġa maqtugħ: “erbgħin jum ieħor u Ninwè ssir ħerba”. Ninwè tibża minn dan […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Iż 55, 10-11 Salm 33 (34), 4-5.6-7.16-17.18-19 Mt 4, 4b Mt 6, 7-15 OMELIJA Fil-kulturi u r-reliġjonijiet pagani li bihom kien imdawwar il-poplu ta’ Alla kien hemm il-konvinzjoni li l-allat huma ta’ min jibża’ minnhom għax dawn ma tafx x’jgħaddilhom minn moħħhom, ma għandek l-ebda garanzija li kif tersaq lejhom fit-tempju jew fit-“talb” […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Lev 19, 1-2.11-18 Salm 18 (19), 8.9.10.15 Mt 25, 31-46 OMELIJA Kull sena l-Vatikan jippublika r-riżultati tal-istatistika dwar il-persekuzzjoni tal-Insara madwar id-dinja. L-istatistika CENSUR turi li bejn l-2005 u l-2016 mietu ’il fuq minn 900,000 Nisrani minħabba l-fidi tagħhom. Din iċ-ċifra tinkludi (u mhux biss) Insara maqtulin in odium fidei f’persekuzzjonijiet tribali fl-Afrika, […]
CONTINUE READINGL-Ewwel Ħadd tar-Randan QARI TAL-JUM Ġen 2, 7-9; 3, 1-7 Salm 50 (51), 3-4.5-6a.12-13. 14 u 17 Rum 5, 12-19 Mt 4,1-11 OMELIJA Il-Kelma ta’ Alla f’dan l-ewwel Ħadd tar-Randan tqiegħed quddiemna għar-riflessjoni tagħna l-misteru tal-ubbidjenza u d-diżubbidjenza lejn Alla. Fl-Iskrittura, kemm fir-Rabta l-Qadima kif ukoll fil-Ġdida l-ubbidjenza lejn Alla mhijiex sempliċiment eżekuzzjoni ta’ ordni […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Iż 58:9-14 Salm 85 (86): 1-6 Eżek 33:11 Lq 5:27-32 OMELIJA “Ġesù lemaħ” jgħidilna San Luqa fl-Evanġelju ta’ llum. Il-verb li użat fl-oriġinal Grieg huwa θεάομαι (theáomai), fil-forma li tindika azzjoni imtawwla mhux tal-mument. Għaldaqstant din il-lemħa ta’ Ġesù hija waħda ta’ attenzjoni. Levi bilqegħda fuq il-mejda tat-taxxi ġibed l-attenzjoni ta’ Ġesù, ġibed […]
CONTINUE READING