Dear Friends, At the Priory we have been spiritually preparing, ourselves for this central feast in the liturgical calendar and in the life of the Church, mostly through the prayerful pondering of the Word of God in the daily homily as well as in the Lenten talks and seminar of Penthos Spirituality. We are taking […]
CONTINUE READINGIl-Ktieb tal-Għerf jiddistingwi l-ħajja tal-għorrief minn dawk tal-boloh: Ma jitkellimx mill-għerf bħala xi ħaġa tal-moħħ, imma bħala kwalità tal-ħajja sħiħa, ħajja mgħejxa bil-għaqal u l-qdusija. Bl-istess mod, dawk li m’għandhomx għerf huma magħluqa fl-injoranza, mhux tal-moħħ, imma tar-rieda ħażina tagħhom. L-injurant fil-Bibbja mhuwiex dak li ma jafx jaqra jew jikteb, imma dak li jeħodha kontra […]
CONTINUE READINGIs-silta mid-diskors ta’ Ġesù (fi Ġw 5) li nisimgħu llum jeħodna lura għall-kuntest tal-Qrati. Meta akkużat jittella’ l-qorti għax ikun mixli b’xi ħaġa kontra tiegħu, dak li l-iżjed jgħodd u li l-ġuri l-aktar li joqogħdu fuqu, m’huwiex fil-fatt dak li l-akkużat għandu xi jgħid fuqu nnifsu imma preċiżament ix-xhieda. Il-kelma tagħhom tgħodd tant li tista’ […]
CONTINUE READINGHija r-relazzjoni ta’ Ġesù mal-Missier li tagħti sens lil dak kollu li huwa jgħid u jagħmel. F’dan id-diskors (Ġw 5), Ġesù ma jistax ikun iktar ċar, “tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista’ jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha” (v. 19). Huwa dipendenti kompletament mill-Missier, u waħdu ma jista’ jagħmel xejn. […]
CONTINUE READINGXi wħud mir-rabbini ta’ żmien Ġesù kienu jżommu li wieħed għandu jaħfer biss sa tliet darbiet, inkella l-indiema ma tkun vera. Ġesù kien ta’ fehma oħra, wieħed għandu jaħfer bla qjies (ara Ġen 4:24) għaliex bla qjies hija l-ħniena tal-Missier. Biex juri dan, Ġesù imbagħad jispjega lilu nnifsu permezz tal-parabbola. X’qed turina din il-parabbola? i. […]
CONTINUE READINGIn-nies ta’ Nazaret, li tant kienu familjari ma’ Ġesù u l-familja tiegħu, stagħġbu … mhux għax emmnu fih u f’dak li kellu xi jgħid imma għax għalihom Ġesù kien sempliċiment “bin il-mastrudaxxa.” Madanakollu Ġesù stenniha reazzjoni bħal din għaliex tassew li “ebda profeta ma milqugħ tajjeb f’pajjiżu.” Iġib l-eżempju ta’ żewġ profeti mill-Antik Testment li […]
CONTINUE READINGKemm hi sabiħa din l-istqarrija ħierġa mill-fomm ta’ Alla: “minn qalbi nħobbkom” (ara Os 14:2-10). Din l-istqarrija nsibuha fl-ewwel qari ta’ llum li huwa meħud minn silta li fiha Alla bil-kelma t-tajba jipprova jikkonvinċi lil Israel terġa’ lura lejh. Huwa jitkarrbilha, bħalma raġel jitkarrab lil martu li telqet minnu: “ejja lura lejja, għax inti waqajt […]
CONTINUE READINGIlkoll nafu xi tkun qalb iebsa. Forsi xi darba qalbna bbieset quddiem sitwazzjoni jew persuni, jonkella qalb oħrajn ibbieset fil-konfront tagħna. Qalb iebsa tieqaf tħoss. Hi sintomu ta’ għeluq fina nfusna u wkoll mod ta’ kif niddefendu lilna nfusna biex ma nweġġgħux. llum il-Kelma ta’ Alla tkellimna fuq il-qalb iebsa tal-bniedem fil-konfront ta’ Alla. Quddiem […]
CONTINUE READINGDak Alla li kixef lilu nnifsu quddiemna fil-Ġrajja tas-Salvazzjoni uriena li hu qribna, tant qribna, li l-kxif tiegħu (li fit-teoloġija nsejħulu Rivelazzjoni) wasal fil-milja tiegħu f’Ġesù Kristu, Ibnu li sar bniedem bħalna. Il-Kelma ta’ Alla llum turina mod ieħor li bih Alla huwa qribna. Fl-ewwel qari mid-Dewteronomju, Alla huwa qrib, permezz tal-Kelma tiegħu, jonkella l-Liġi […]
CONTINUE READINGJekk ikollna niġġudikaw il-missjoni ta’ Ġesù, bla dubju ngħidu li mmarkata minn falliment. Bdiet b’falliment u spiċċat b’falliment. Bdiet bit-twarrib ta’ Ġesù fis-sinagoga fl-ewwel “prietka” tiegħu u spiċċat b’falliment fuq is-salib. Taħt dan il-falliment iżda hemm Alla li jaħdem. Kemm fil-bidu, matul u fit-tmiem tal-ġrajja ta’ Ġesù, taħt il-falliment Alla jiġbed lejh il-fqajrin li jismigħu […]
CONTINUE READING