Mar 11th

Ċekkmejt lil Kristu

ByCarmelite Priory Mdina | In

 6.50

Ċekkmejt lil Kristu – By Mario Azzopardi (Author) –  Paperback (2015)

Category:

Description

Ċekkmejt lil Kristu
Paperback (2015)
By (author) Mario Azzopardi

Bejn is-seklu 15 u 17 ġie żviluppat lingwaġġ mistiku-letterarju li bħal lenti jkabbar temi marbutin mal-identità u l-post tal-Ordnijiet Reliġjużi fil-Knisja u fis-soċjetà. Dan il-fenomenu kien jinħass b’mod partikulari fi Spanja. Skont Santiago Sebastián ma kienx hemm ordni reliġjuż ieħor li spikka f’dan il-lingwaġġ mistiku-letterarju daqs l-Ordni Karmelitan.

F’għeluq il-ħames mitt sena mit-twelid ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù, Mario Azzopardi f’Ċekkmejt lil Kristu, jitfa’ taħt il-lenti lil Tereża, l-esperjenza tagħha, kitbietha u jaqraha mill-aspett teatriku imnebbaħ mill-kuntest barokk u eżuberanti tagħha u nterpretat fid-dawl tat-teorija teatrali iktar reċenti.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
Follow us on  Facebook