Għeżież ħbieb, F’dan iż-żmien partikulari ta’ pandemija, it-tema magħżula mill-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku għar-Randan hija waħda ta’ tama: “Ara, aħna telgħin Ġerusalemm…” (Mt 20:18). Ir-Randan: Żmien li fih niġġeddu fil-fidi, fit-tama u fl-imħabba.” Sewwasew sena ilu konna fuq l-għatba li pajjiżna jintlaqat ukoll mill-pandemija. Konna diġà bdejna nisimgħu bit-tifrix tagħha f’pajjiżni oħra sakemm misset il-pajjiżi ġirien […]
CONTINUE READINGQari Ġen 9:8-15 1Piet 3:18-22 Mk 1:12-15 L-Ewwel Ħadd tar-Randan dejjem jiftaħ bl-esperjenza ta’ Ġesù fid-deżert wara l-magħmudija fil-Ġordan minn Ġwanni l-Għammied. Din is-sena ir-rakkont hu meħud mill-Evanġelju skond San Mark. Ir-rakkont jgħaġġibna għall-qosor tiegħu: żewġ versi kollox (Mk 1:12-13). Mill-vers 14-15, li jinqraw ukoll illum, nieħdu s-sejħa ta’ Ġesù għall-konverżjoni. San Mark jiġbor l-esperjenza […]
CONTINUE READINGDin is-sena qegħdin niċċelebraw l-ewwel ċentenarju mid-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima. Kulħadd jaf bir-relazzjoni li teżisti bejn id-devozzjoni Marjana-Karmelitana u d-dehriet ta’ Fatima. Luċija, li aktar tard saret soru Karmelitana Tereżjana, kemm-il darba stqarret li waqt l-aħħar dehra, fit-13 ta’ Ottubru 1917, wara li rat lill-Madonna kif kienet tarha s-soltu, ratha wkoll flimkien ma’ San Ġużepp […]
CONTINUE READINGL-Evanġelju ta’ llum (Lq 5:27-32) jiftaħ b’żewġ verbi li jiddeskrivu żewġ azzjonijiet ta’ Ġesù: “ħareġ” u “ra”. Dawn iż-żewġ azzjonijiet jfakkruna fil-ġrajja ta’ Mose quddiem l-għollieq jaqbad. Alla jgħidlu “ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu… issa nżilt biex neħlishom” (Eż 3:7-8). Dawn l-azzjonijiet jindikaw ċaqlieq min-naħa ta’ Alla lejn il-bniedem. Alla jitqanqal u jiċċaqlaq […]
CONTINUE READINGSaret komuni fostna d-drawwa li ċerti kumpaniji jikkuntattjaw lill-klijenti u jippruvaw ibegħulhom xi prodott jew offerta sabiex wieħed jaċċetta u jidħol fi ftehim li jorbtok għal numru ta’ snin. Il-leħen fuq il-linja tat-telefon jipprova jpinġihielek attraenti kemm jista’ jkun u ġeneralment jgħidlek nofs verità jew ma jgħidlekx biċ-ċar l-obbligi u l-konsegwenzi li mbagħad issibhom meta […]
CONTINUE READINGMeta ahna qrib Alla, nibdew inhossuna xi ftit jew wisq skomdi f’dak li hu tad-dinja ghax ikollna perspettiva differenti mill-bqija tal-bnedmin. Il-Kelma ta’ Alla llum taghtina zewg ezempji. L-ewwel wiehed hu l-Profeta Mikea li beda jara dak li haddiehor ma kienx qed jara, jigifieri li Gerusalemm miexja lejn il-qerda taghha. Dan il-profeta kien qed jarah […]
CONTINUE READING