8 ta’ Diċembru 2014 Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni (Ġen 3:9-15.20; S 97; Ef 1:3-6.11-12; Lq 1:28:38) Hekk kif il-Knisja tiftaħ is-sena liturġika tagħha fl-Avvent, is-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni hija l-ewwel festa solenni li niċċelebraw. Fiż-żmien li fih il-fidili Nsara jkunu jirrifflettu dwar it-tieni miġja ta’ Sidna Ġesù, il-Knisja ddawrilna l-ħarsa tagħna lejn il-Verġni Marija li, imħarsa minn […]
CONTINUE READINGF’dan l-aħħar jum tas-sena liturġika tal-Knisja il-qari tal-quddiesa jdaħħalna fl-ispirtu tal-Mulej li ġej fl-aħħar taż-żmien u jistedinna noqgħodu attenti: għassa għall-miġja tiegħu. Fis-Salm ilkoll tennejna “Ejja Mulej Ġesù” u fl-Evanġelju l-Mulej jinsisti magħna kemm hu mportanti li nkunu dejjem attenti. L-attenzjoni hija virtu’ umana u nisranija. Fil-ħajja ta’ kuljum tgħallimna ngħixu l-mument, tgħallimna l-galbu, ngħammru […]
CONTINUE READING