Ninsabu fil-hames gimgha tar-Randan, imsejjah ukoll zmien il-Passjoni. Il-liturgija tal-Knisja tibda’ ddahhalna bil-mod il-mod fil-kontemplazzjoni tas-Salib Imqaddes. Il-Prefazju tal-quddiesa wkoll ma jibqax dak tar-Randan imma tal-Passjoni. Gesù fl-evangelju ta’ llum jghid lil-Lhud li huma la jgharfu lilu u lanqas lill-Missier. Ghajnejhom u qalbhom maghluqa ghalih. Ma jistghux jarawh hekk kif tassew hu minhabba l-ebusija tal-qalb. Hija […]
CONTINUE READINGFl-evanġelju ta’ llum Ġesu’ jassigurana li hu għadu jaħdem bħalma l-Missier għadu jaħdem. Huwa jitkellem fuqu nnifsu f’termini ta’ dipendenza mill-Missier. Mingħajr il-Missier ma jista’ jagħmel xejn. Jekk napplikaw dan għall-ħajja spiritwali tagħna, għall-mixja tagħna tal-fidi, ngħidu u ngħarfu li mingħajr il-grazzja ta’ Alla ma nistgħux nikbru fil-qdusija u fil-ħajja spiritwali. Din il-grazzja pero’ trid […]
CONTINUE READINGIl-qari ta llum jaghtina l-karba ta’ Alla lill-bniedem: “erga dur lejja”. Din il-karba Alla jaghmilha lil poplu li kien qieghed ifittex u jsib is-sigurtà u s-salvazzjoni tieghu fil-qawwiet umani. “Assur ma jsalvaniex” iwissi l-Profeta Hosegha. Alla biss isalva. Din is-salvazzjoni tasal meta nikbru fl-imhabba ta’ Alla ghax l-imhabba ta’ Alla tiftahna, ma thalliniex maghluqin fina […]
CONTINUE READINGWahda mill-karatteristici sbieh tal-fidi taghna Nisranija hija li ahna nemmnu li Alla huwa vicin taghna. Il-pedament tal-fidi taghna fil-fatt huwa li Alla sar bniedem bhalna, ghalina u ghas-salvazzjoni taghna. L-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum mid-Dewteronomju jghidilna li mhemmx poplu li ghandu l-allat hekk qrib tieghu daqs kemm hu qrib taghna l-Mulej Alla taghna kull xhin […]
CONTINUE READING“Hawn jien, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek … ħa jsir minni skont kelmtek”. Fis-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej, jingħaqdu flimkien l-iva tas-sema mal-iva tal-art. Fis-sema, fl-eternità, l-Iben ta’ Alla, fil-Kunsill tat-Trinità, li fih jinħema l-pjan ta’ salvazzjoni għalina u għall-fidwa tagħna, juri r-rieda u d-disponibilità tiegħu li jidħol fir-rieda tal-Missier u kif tgħallimna l-ittra lil-Lhud, li llum tinqara […]
CONTINUE READINGGospel Jesus took with him Peter and James and his brother John and led them up a high mountain where they could be alone. There in their presence he was transfigured: his face shone like the sun and his clothes became as white as the light. Suddenly Moses and Elijah appeared to them; they were […]
CONTINUE READINGIr-Randan huwa żmien li fih ngħarblu lilna nfusna u naraw x’insarrfu bħala bnedmin ta’ fidi u dixxipli ta’ Ġesù u xi kwalità ta’ ħajja nisranija qegħdin ngħixu. L-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum huwa meħud mill-ktieb tal-profeta Eżekjel li ismu jfsser: “Alla jsaħħaħ”. Eżekjel irċieva l-missjoni profetika fiż-żmien ta’ qabel l-eżilju, żmien li fih il-poplu fil-prattika […]
CONTINUE READINGElement essenzjali fl-għixien tal-fidi nisranija huwa it-talb. B’mod speċifiku it-talb fl-isem ta’ Ġesu’ l-Iben ta’ Alla. It-talb għan-nisrani mhuwiex traħħim vojt bħal dak tal-pagani li fit-talb kienu jlabalbu kelma f’kelma permezz ta’ formoli u formularji biex jgħoġbu lill-allat u jżommuhom kwieti, jekk jista’ jkun ma jitkellmux. It-talb pagan kien prattiku u mibni fuq il-mentalita’ ta’: […]
CONTINUE READING