Għeżież ħbieb, Wasal fi tmiemu l-istaġun tas-Sajf u wara l-waqfa ta’ Awissu l-Karmnu tal-Imdina qiegħed iniedi l-programm għal din is-sena li bħas-soltu jinkludi attivitajiet Liturġiċi, spiritwali u formattivi. Mehmuż ma’ din l-ittre għandkom issibu d-dati għal-laqgħat tal-Lectio Divina, il-Laqgħat tat-Titus Brandsma Circle, u l-Laqgħat tat-Terz Ordni Karmelitan. Għandkom issibu wkoll il-Programm tal-Korsijietoffruti mill-Istitut Karmelitan li għandu […]
CONTINUE READINGIL-VERĠNI MQADDSA MARIJA MTELLGĦA FIS-SEMA Apok 11: 19a, 12: 1-6a. 10ab 1 Kor 15: 20-26 Lq 1:39-56 Fl-ewwel ta’ Novemru 1950, il-Papa Piju XII iddikjara li hi verita’ rrivelata lilna minn Alla li meta l-Vergni Mqaddsa Marija għalqilha ż-żmien tagħha f’din id-dinja, ġiet bi-qawwa ta’ Alla mtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem. Din hi d-domma ta’ […]
CONTINUE READINGDin is-sena qegħdin niċċelebraw l-ewwel ċentenarju mid-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima. Kulħadd jaf bir-relazzjoni li teżisti bejn id-devozzjoni Marjana-Karmelitana u d-dehriet ta’ Fatima. Luċija, li aktar tard saret soru Karmelitana Tereżjana, kemm-il darba stqarret li waqt l-aħħar dehra, fit-13 ta’ Ottubru 1917, wara li rat lill-Madonna kif kienet tarha s-soltu, ratha wkoll flimkien ma’ San Ġużepp […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Iż 1, 10.16-20 Salm 49 (50), 8-9.16bċ-17.21 u 23 Mt 23, 1-12 OMELIJA Sodoma u Gomorra fil-Kotba Mqaddsa huma l-ibliet li fil-Ġenesi nsibu r-rakkont tal-qerda tagħhom għax mhux talli ma’ laqgħux il-qaddejja ta’ Alla, l-anġli tiegħu, u allura lil Alla nnifsu, iżda ttantaw jagħmlu dak li riedu jabbużaw bihom. Lot isalva għax hu […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dan 9, 4b-10 Salm 78 (79), 8.9.11 u 13 Lq 6, 36-38 OMELIJA F’din id-dinja fejn l-opinjoni u l-għażliet ta’ kulħadd huma mogħtijin spazju u vvalorizzati, u hekk għandu jkun, il-kliem ta’ Ġesù “tiġġudikawx biex ma tkunux iġġudikati” jista’ jinftihem ħażin għax bħal donnu jinftihem li ma hemmx kriterju li biha għandna nevalwaw […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dewt 26, 16-19 Salm 118 (119), 1-2.4-5.7-8 2 Kor 6, 2b Mt 5, 43-48 OMELIJA “Kunu perfett, bħal Missierkom tas-Sema”. Il-Kelma ta’ llum ddawrilna ħarsitna lejn dan il-kmand ta’ Alla li mbagħad Ġesù jgħaddih lid-dixxipli tiegħu, għax hu ma ġiex biex iwaqqa’ l-liġi imma biex iwassalha għall-perfezzjoni. Għalhekk ħsibijietna llum għandhom imorru lejn […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Eżek 18, 21-28 Salm 129 (130), 1-2.3-4ab.4ċ-6.7-8 Mt 5, 20-26 OMELIJA Il-Kelma ta’ Alla llum tixprunana fuq “il-ġustizzja”. Fl-ewwel qari, mill-Profeta Eżekjel (Alla jsaħħaħ) il-Mulej jilmenta mal-Profeta li l-poplu qed jakkużah li mhuwiex jimxi b’ġustizzja mal-poplu tiegħu! F’kelma waħda, li mhux miexi sewwa, ma jimxix kif għandu jimxi ma’ dawk li huma tiegħu. […]
CONTINUE READINGL-Ewwel Ħadd tar-Randan QARI TAL-JUM Ġen 2, 7-9; 3, 1-7 Salm 50 (51), 3-4.5-6a.12-13. 14 u 17 Rum 5, 12-19 Mt 4,1-11 OMELIJA Il-Kelma ta’ Alla f’dan l-ewwel Ħadd tar-Randan tqiegħed quddiemna għar-riflessjoni tagħna l-misteru tal-ubbidjenza u d-diżubbidjenza lejn Alla. Fl-Iskrittura, kemm fir-Rabta l-Qadima kif ukoll fil-Ġdida l-ubbidjenza lejn Alla mhijiex sempliċiment eżekuzzjoni ta’ ordni […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Iż 58:1-9 Salm 50: 3-19 Għam 5:14 Mt 9:14-15 OMELIJA Kemm il-darba nisimgħu jew ngħidu l-espressjoni: “Alla ma jismagħnix”, “Alla nsieni”. Ġeneralement ikunu espressjonijiet li joħorġu jew minn qalb muġugħa li tħossha abbandunata saħansitra minn Alla, jonkella minn qalb li tħoss li hemm x’jimblokka r- relazzjoni ma’ Alla. Bħal ħajt twil għoli li […]
CONTINUE READING“Ngħixu bir-rażna u l-ġustizzja u t-tjieba f’dan iż-żmien” (Tit 2: 11-14) Wasalna biex niċċelebraw fil-kalendarju liturġiku il-qalba tas-sena tal-Knisja fil-mixja tagħna wara Ġesù fil-ħajja ta’ kuljum. Din il-qalba hija l-misteru tal-Għid tal-Mulej, l-Imsallab Irxuxtat li jgħix fina li għażilna li nilqgħu is-sejħa tiegħu biex nimxu warajh. Din il-Festa tal-festi nħejju għaliha b’erbgħin jum ta’ talb, […]
CONTINUE READING