Element essenzjali fl-għixien tal-fidi nisranija huwa it-talb. B’mod speċifiku it-talb fl-isem ta’ Ġesu’ l-Iben ta’ Alla. It-talb għan-nisrani mhuwiex traħħim vojt bħal dak tal-pagani li fit-talb kienu jlabalbu kelma f’kelma permezz ta’ formoli u formularji biex jgħoġbu lill-allat u jżommuhom kwieti, jekk jista’ jkun ma jitkellmux. It-talb pagan kien prattiku u mibni fuq il-mentalita’ ta’: […]
CONTINUE READING