Wasalna għall-Ġimgħa Mqaddsa, li fiha niċċelebraw l-aħħar Ġimgħa ta’ Ġesù fostna bħala bniedem. Bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa, bħalissa fil-kunvent għaddejja l-wirja ikonografika mtellgħa mis-Sur Vince Mangani, SDC. Il-Wirja li ġġib l-isem Il-Ktieb il-Kbir mogħnija hija wkoll b’siltiet mill-Ktieb il-Kbir ta’ San Ġorġ Preca, sabie xtgħin għall-meditazzjoni fuq il-Kurċifiss li hu l-Ktieb il-Kbir tagħna li fuqu […]
CONTINUE READINGQari Ġen 9:8-15 1Piet 3:18-22 Mk 1:12-15 L-Ewwel Ħadd tar-Randan dejjem jiftaħ bl-esperjenza ta’ Ġesù fid-deżert wara l-magħmudija fil-Ġordan minn Ġwanni l-Għammied. Din is-sena ir-rakkont hu meħud mill-Evanġelju skond San Mark. Ir-rakkont jgħaġġibna għall-qosor tiegħu: żewġ versi kollox (Mk 1:12-13). Mill-vers 14-15, li jinqraw ukoll illum, nieħdu s-sejħa ta’ Ġesù għall-konverżjoni. San Mark jiġbor l-esperjenza […]
CONTINUE READINGIllum nibdew żmien qawwi fil-mixja tagħna wara Kristu. Iż-żmien tar-Randan ifakkarna l-ewwelnett li aħna mexjin wara Sidna Ġesù bħala dixxipli tiegħu. Proprju f’din il-mixja, r-Randan huwa żmien ta’ grazzja għax irid jagħtina l-istrutturi li jgħinuna nsaħħu din il-mixja tagħna wara Kristu… Kristu Msallab. L-istrutturi jew il-pilastri li fuqhom iżomm ir-Randan huma l-istess li jżommu l-ħajja […]
CONTINUE READINGDin is-sena qegħdin niċċelebraw l-ewwel ċentenarju mid-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima. Kulħadd jaf bir-relazzjoni li teżisti bejn id-devozzjoni Marjana-Karmelitana u d-dehriet ta’ Fatima. Luċija, li aktar tard saret soru Karmelitana Tereżjana, kemm-il darba stqarret li waqt l-aħħar dehra, fit-13 ta’ Ottubru 1917, wara li rat lill-Madonna kif kienet tarha s-soltu, ratha wkoll flimkien ma’ San Ġużepp […]
CONTINUE READINGNhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħaxija wara l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, bi tradizzjoni ġejja mid-devozzjoni popolari, jiġi ċċelebrat ir-rit tad-Depożizzjoni tal-Ġisem ta’ Ġesù Mejjet minn fuq is-Salib. Dan ir-Rit li l-oriġini tiegħu insibuha fil-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu huwa komuni kemm għall-Insara Latini kif ukoll għal dawk tal-Lvant. Fil-Knejjes tal-Lvant ir-Rit xtered minn […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dan 3, 25.34-43 Salm 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9 Mt 18, 21-35 OMELIJA Diffiċli ħafna l-maħfra! Il-maħfra vera u mill-qalb, il-maħfra perfetta u sħiħa (dik hi t-tifsira tas-77 darba), li tirrifletti l-maħfra ta’ Alla hija forsi l-iktar aspett diffiċli tal-messaġġ Nisrani. Għax aħna nonqsu lil xulxin ta’ kuljum. U forsi hawn jinsab is-sigriet li jagħmilha […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Iż 1, 10.16-20 Salm 49 (50), 8-9.16bċ-17.21 u 23 Mt 23, 1-12 OMELIJA Sodoma u Gomorra fil-Kotba Mqaddsa huma l-ibliet li fil-Ġenesi nsibu r-rakkont tal-qerda tagħhom għax mhux talli ma’ laqgħux il-qaddejja ta’ Alla, l-anġli tiegħu, u allura lil Alla nnifsu, iżda ttantaw jagħmlu dak li riedu jabbużaw bihom. Lot isalva għax hu […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Est 4, 17 Salm 137 (138) Salm 50 (51) Mt 7, 7-12 OMELIJA Fid-dinja klassika u antika is-soċjetà kienet maqsuma fuq ġerarkija ta’ poter bl-ogħla post miżmum mis-Sultan jew l-Imperatur li fuqu ma kien hemm ħadd, ħlief l-allat. Meta jmut il-poter mhux jintemm iżda jiżdied għax f’xi kulturi, bħal dik Rumana, jew Eġizzjana, […]
CONTINUE READINGIt-Tlieta 1 ta’ Diċembru 2015 Iż 11:1-10; S 71(72); Lq 10:21-24 Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù, imqanqal mill-Ispirtu s-Santu, ifaħħar lill-Missier għax Hu wera lilu nnifsu liċ-ċkejknin minflok lill-għorrief u l-kbar tad-dinja. Il-ferħ t’Alla jinsab fiċ-ċkejknin, f’dawk li jsiru bħaż-żgħar. Ġesù jistedinna nagħrfu fihom it-triq li jagħżel il-Missier biex jirrivela lilu nnifsu. Il-psikoloġija moderna tħares lejn it-tfal […]
CONTINUE READINGWaħda mid-devozzjonijiet marjani mxerrda sew f’pajjiżna hija dik lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Jum tal-Erbgħa, magħrufa bħala d-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu. Magħha wkoll marbuta t-tradizzjoni ta’ missirijietna u ommijietna tas-sawm u l-astinenza tal-Karmnu flimkien mal-ilbies iswed jew skur u s-sehem fil-prietki jew katekeżi tal-Udjenzi fis-sebgħa ġimgħat tal-Għid li jfakkru ġeneralment il-ferħat ta’ Marija. Din id-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu bdiet […]
CONTINUE READING