Iżaija jmur pass lil hemm u jgħidilna għalfejn ġej il-Mulej, huwa u jħabbar lill-poplu tiegħu li Alla se jżuru. Alla jiġi jżurna biex isaffina, biex iħejjina u jqaddisna. Iżaija jagħmlilna l-qalb għax jgħidilna li l-Mulej ġej biex idaħħalna fit-tinda tiegħu biex iħarisna minn dak li jwaqqafna milli naslu għall-qdusija. Alla ma jsaffiniex biss fuq livell personali. Il-Mulej ġej biex isaffi wkoll il-poplu tiegħu minn elementi li itebbgħu lil dan il-poplu. Frott it-tisfija, il-poplu ta’ Alla jiċkien fin-numru imma jikber fil-kwalita u din hija kelma mportanti għalina llum li qed ngħixu żmien fejn naraw li l-poplu ta’ Alla donnu qed jiċkien. Huwa ħafna aħjar niċkienu fin-numru u nikbru fil-kwalita, milli rasna mimlija bil-folol a skapitu tal-kwalita. Aħna l-kattoliċi sfortunatament inbatu ftit minn dan l-ispirtu ta’ trijonfaliżmu… Alla mhuex hekk.
Huwa dejjem jippreferi l-kwalita milli l-kwantita. Nitolbuh lil Alla jagħtina d-don tal-fejqan minn dak kollu li jipparalizzana fil-mixja tagħna wara Ġesu, kif hu fejjaq lill-qaddej paralizzat taċ-ċenturjun. Jekk ilkoll nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq il-kwalita tal-mixja tagħna wara Kristu, din il-kwalita tiġbed ħafna oħrajn biex joqgħodu fuq il-mejda ma’ Abram, Iżakk u Ġakobb.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.OkPrivacy policy
Go Ahead, Leave A Comment