Qari Ġen 9:8-15 1Piet 3:18-22 Mk 1:12-15 L-Ewwel Ħadd tar-Randan dejjem jiftaħ bl-esperjenza ta’ Ġesù fid-deżert wara l-magħmudija fil-Ġordan minn Ġwanni l-Għammied. Din is-sena ir-rakkont hu meħud mill-Evanġelju skond San Mark. Ir-rakkont jgħaġġibna għall-qosor tiegħu: żewġ versi kollox (Mk 1:12-13). Mill-vers 14-15, li jinqraw ukoll illum, nieħdu s-sejħa ta’ Ġesù għall-konverżjoni. San Mark jiġbor l-esperjenza […]
CONTINUE READINGIllum nibdew żmien qawwi fil-mixja tagħna wara Kristu. Iż-żmien tar-Randan ifakkarna l-ewwelnett li aħna mexjin wara Sidna Ġesù bħala dixxipli tiegħu. Proprju f’din il-mixja, r-Randan huwa żmien ta’ grazzja għax irid jagħtina l-istrutturi li jgħinuna nsaħħu din il-mixja tagħna wara Kristu… Kristu Msallab. L-istrutturi jew il-pilastri li fuqhom iżomm ir-Randan huma l-istess li jżommu l-ħajja […]
CONTINUE READINGIL-VERĠNI MQADDSA MARIJA MTELLGĦA FIS-SEMA Apok 11: 19a, 12: 1-6a. 10ab 1 Kor 15: 20-26 Lq 1:39-56 Fl-ewwel ta’ Novemru 1950, il-Papa Piju XII iddikjara li hi verita’ rrivelata lilna minn Alla li meta l-Vergni Mqaddsa Marija għalqilha ż-żmien tagħha f’din id-dinja, ġiet bi-qawwa ta’ Alla mtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem. Din hi d-domma ta’ […]
CONTINUE READINGDin is-sena qegħdin niċċelebraw l-ewwel ċentenarju mid-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima. Kulħadd jaf bir-relazzjoni li teżisti bejn id-devozzjoni Marjana-Karmelitana u d-dehriet ta’ Fatima. Luċija, li aktar tard saret soru Karmelitana Tereżjana, kemm-il darba stqarret li waqt l-aħħar dehra, fit-13 ta’ Ottubru 1917, wara li rat lill-Madonna kif kienet tarha s-soltu, ratha wkoll flimkien ma’ San Ġużepp […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dan 3, 25.34-43 Salm 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9 Mt 18, 21-35 OMELIJA Diffiċli ħafna l-maħfra! Il-maħfra vera u mill-qalb, il-maħfra perfetta u sħiħa (dik hi t-tifsira tas-77 darba), li tirrifletti l-maħfra ta’ Alla hija forsi l-iktar aspett diffiċli tal-messaġġ Nisrani. Għax aħna nonqsu lil xulxin ta’ kuljum. U forsi hawn jinsab is-sigriet li jagħmilha […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Iż 1, 10.16-20 Salm 49 (50), 8-9.16bċ-17.21 u 23 Mt 23, 1-12 OMELIJA Sodoma u Gomorra fil-Kotba Mqaddsa huma l-ibliet li fil-Ġenesi nsibu r-rakkont tal-qerda tagħhom għax mhux talli ma’ laqgħux il-qaddejja ta’ Alla, l-anġli tiegħu, u allura lil Alla nnifsu, iżda ttantaw jagħmlu dak li riedu jabbużaw bihom. Lot isalva għax hu […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dan 9, 4b-10 Salm 78 (79), 8.9.11 u 13 Lq 6, 36-38 OMELIJA F’din id-dinja fejn l-opinjoni u l-għażliet ta’ kulħadd huma mogħtijin spazju u vvalorizzati, u hekk għandu jkun, il-kliem ta’ Ġesù “tiġġudikawx biex ma tkunux iġġudikati” jista’ jinftihem ħażin għax bħal donnu jinftihem li ma hemmx kriterju li biha għandna nevalwaw […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dewt 26, 16-19 Salm 118 (119), 1-2.4-5.7-8 2 Kor 6, 2b Mt 5, 43-48 OMELIJA “Kunu perfett, bħal Missierkom tas-Sema”. Il-Kelma ta’ llum ddawrilna ħarsitna lejn dan il-kmand ta’ Alla li mbagħad Ġesù jgħaddih lid-dixxipli tiegħu, għax hu ma ġiex biex iwaqqa’ l-liġi imma biex iwassalha għall-perfezzjoni. Għalhekk ħsibijietna llum għandhom imorru lejn […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Eżek 18, 21-28 Salm 129 (130), 1-2.3-4ab.4ċ-6.7-8 Mt 5, 20-26 OMELIJA Il-Kelma ta’ Alla llum tixprunana fuq “il-ġustizzja”. Fl-ewwel qari, mill-Profeta Eżekjel (Alla jsaħħaħ) il-Mulej jilmenta mal-Profeta li l-poplu qed jakkużah li mhuwiex jimxi b’ġustizzja mal-poplu tiegħu! F’kelma waħda, li mhux miexi sewwa, ma jimxix kif għandu jimxi ma’ dawk li huma tiegħu. […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Est 4, 17 Salm 137 (138) Salm 50 (51) Mt 7, 7-12 OMELIJA Fid-dinja klassika u antika is-soċjetà kienet maqsuma fuq ġerarkija ta’ poter bl-ogħla post miżmum mis-Sultan jew l-Imperatur li fuqu ma kien hemm ħadd, ħlief l-allat. Meta jmut il-poter mhux jintemm iżda jiżdied għax f’xi kulturi, bħal dik Rumana, jew Eġizzjana, […]
CONTINUE READING