Solemn Commemoration of Our Lady of Mount Carmel

Celebrating the Patronal feast of the Order.

Messaġġ tal-Provinċjal għall-Festa tal-Madonna tal-Karmnu 2018

Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu bdiet tiġi ċċelebrata fl-Ingilterra fis-seklu 14 bħala ringrazzjament tal-Ordni lill-Patruna tiegħu għal dak kollu li għamlet miegħu fl-ewwel żminijiet sa ma ġie aċċettat definittivament fil- Knisja bl-identità partikulari tiegħu li tinkludi l-karattru Marjan tiegħu. Fittalba ewlenija tal-festa għadna sal-lum nindirizzaw lil Alla bħala Dak li żejjen lill-Ordni tal-Karmelu bit-titlu waħdieni tal-Imqaddsa Verġni Marija Omm Alla, titlu li fl-ewwel żminijiet tal-Ordni kien jagħti fastidju lil ħafna nies, imma li l-Papiet dejjem approvaw.

Għalina l-Karmelitani Maltin il-festa tal-Madonna tal-Karmnu din is-sena għandha karattru speċjali ta’ ringrazzjament. Qegħdin niċċelebraw sitt mitt sena ta’ preżenza kontinwa f’Malta. Hawn ukoll, bħal fuq l-għolja tal-Karmel, l-Ordni twieled madwar knisja ddedikata lill-Madonna, il-knisja tal-Lunzjata fix-Xagħra ta’ San Anard fir-Rabat. Kienet il-Verġni Marija, li bħala Omm u Patruna, wellditna u mxiet magħna pass pass mill-1418 sallum.

Kull ma aħna, kull ma għandna, kull ma nagħmlu nafuh lilha. Minnaħa tagħna żgur li matul dawn is-sitt mitt sena iddistingwejna ruħna filgżejjer Maltin bħala Ordni Marjan. Mill-ewwel kunvent tal-Lunzjata għall-Belt Valletta u minn hemm għal kull rokna ta’ Malta u Għawdex iddevozzjoni Marjana-Karmelitana xxetlet u xterdet. Hi devozzjoni li tesprimi ruħu bl-ilbies tal-labtu, il-libsa tal-Ordni, il-libsa ta’ Marija. Hi devozzjoni sempliċi u popolari, imma b’għeruq profondi.

Il-labtu tal-Madonna tal-Karmnu jfakkarna fil-libsa tal-grazzja li rċevejna fil-magħmudija, meta nżajna l-bniedem il-qadim u lbisna l-bniedem il-ġdid imsawwar fuq Kristu. Marija, l-Immakulata, kienet l-ewwel waħda li libset din il-libsa u żammitha bla mittiefsa sa ma libset il-libsa tal-glorja fil-Ġenna. Hi, bħala Omm il-Knisja, Omm id-dixxipli ta’ Binha, ġiet imsieħba b’mod uniku fil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu li jlibbisna lil Kristu, li jsawwarna fuqu. Il-libsa tagħha hi għalina sinjal ta’ dak li hi tagħmel fina. Min-naħa tagħna, aħna u nilbsuha, nimpenjaw ruħna li nintelqu f’idejha, nafdaw lilna nfusna lilha, biex tmexxina aħna u nixxabtu mat-telgħa li twassalna għand Alla. Marija timxi magħna bħala Oħtna u tmexxina bħala Omm u Għalliema tagħna. Bit-talb tagħha tidħol għalina quddiem Alla biex inkomplu nissaffew ħalli ningħaqdu miegħu. Dan tagħmlu mhux biss sakemm qegħdin f’din il-ħajja, imma wara mewtna wkoll.

Aħna u nirringrazzjawha ta’ dak kollu li għamlet u għadha tagħmel ma’ din il-familja kkonsagrata lilha, f’din is-sena speċjali rridu nġeddu l-impenn tagħna li nkunu tassew Marjani,lilha, biex nimxu wara Kristu f’ħajja tixbah lil tagħha.

P. Alexander Vella O.Carm.
Pirjol Provinċjali


Feast of Our Lady of Mount Carmel


PROGRAMM TAL-FESTI

fil-Knisja tal-Karmnu
9-23 ta’ Lulju 2018
L-IMDINA
(Download Link)

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook