Nov 29th

10830607_321270064723263_6228127307395973180_oF’dan l-aħħar jum tas-sena liturġika tal-Knisja il-qari tal-quddiesa jdaħħalna fl-ispirtu tal-Mulej li ġej fl-aħħar taż-żmien u jistedinna noqgħodu attenti: għassa għall-miġja tiegħu. Fis-Salm ilkoll tennejna “Ejja Mulej Ġesù” u fl-Evanġelju l-Mulej jinsisti magħna kemm hu mportanti li nkunu dejjem attenti.

L-attenzjoni hija virtu’ umana u nisranija. Fil-ħajja ta’ kuljum tgħallimna ngħixu l-mument, tgħallimna l-galbu, ngħammru fil-preżent. Fil-ħajja nisranija l-attenzjoni tgħallimna niffukaw fuq il-preżenza ta’ Kristu f’dak kollu li jgħaddi min għalina fil-jum tagħna. Il-virtu’ tal-attenzjoni narawha tiddi f’Marija, il-mara dejjem attenta għal Alla u għall-bnedmin. Hi il-Verġni ta’ qalb Safja, jiġifieri, qalbha sħiħa, attenta, ffukata fuq Alla biex tilqgħu fiha f’kull mument ta’ ħajjitha.

Fl-Avvent li ġej fuqna, nieħdu lil Marija b’għalliema tagħna u nitolbuha tgħallimna l-virtu’ tal-attenzjoni sabiex bħalha nintebħu bil-Mulej u nilqgħuh kuljum, hekk li meta tasal is-siegħa tal-laqgħa tagħna miegħu, isibna lesti.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
Follow us on  Facebook