MejdaIl-Liturġija tal-Kelma llum tqegħdilna żewġ simboli kbar fil-kultura Biblika: Il-Muntanja u l-Mejda.

Fil-Kotba Mqaddsa, l-Muntanja hija l-post privileġġjat tal-laqgħa ma’ Alla, tal-intimità miegħu. Il-muntanja hija biċċa art li togħla ‘l fuq u l-quċċata tagħha tmiss mas-sema, allura simbolikament turi x-xewqa tal-bniedem li jogħla ‘l fuq lejn Alla. Fil-Kotba Mqaddsa, l-għoljiet u l-iġbla huma l-post li fuqha Alla issiġilla l-pattijiet tiegħu mal-bnedmin, fuq il-muntanji hu kixef lilu nnifsu u l-glorja tiegħu ma’ Noe’, Abraham, Mose, Elija, Ġesu’ Kristu. Fuq il-muntanja l-qaddisa Mose’ ra lil Alla wiċċ imb’wiċċ, u Pietru, Ġakbu u Ġwanni raw lil Kristu Ġesu’ fis-sebħ kollu tiegħu.

Iżaija fl-ewwel qari jkompli jsaħħaħ dan l-aspett ta’ intimita’ billi jdaħħal is-simbolu tal-mejda b’ikel fin li Alla jħejji għall-poplu tiegħu. Fl-Evanġelju Ġesu’ wkoll minn fuq il-muntanja jitħassar il-poplu u jitimgħu bi kliem il-ħajja u bil-ħobż. Hu jreġi billi jsostni u jsaħħaħna bil-Kelma u l-Ewkaristija. L-ogħla espressjoni ta’ din l-għotja hija fis-sagrifiċċju tas-Salib fuq l-għolja tal-Golgotha. Hemmhekk Ġesu’ Kelma tal-ħajja jgħidilna: Dan hu Ġismi li jingħata għalikom, dan hu Demmi li jixxerred għalikom. Henjin aħna li mistiedna għall-ikla ta’ dan il-Ħaruf.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
Follow us on  Facebook