Community

The various community initiatives at the Carmelite Priory Mdina

“The community residence is where the community “gathers” and lives; for Carmelites, it is also a place of welcome and hospitality, so that people share in a common spirit, in fraternal reconciliation, and in the experience of God lived in the community. …”

“…It is the very purpose of houses of apostolic Brotherhood to be present among the people: to be open and closely joined with them, stimulating a critical reflection on their human needs. In this way, our communities will be authentic expressions of faith, hope and charity, and will become places conducive to full human development. “

Constitutions 23, 31

The Holy Trinity

L-Ordni Karmelitan Sekulari

TOC

Ġesù Kristu jrid li aħna nkunu perfetti kíf hu perfett Missieru tas-Sema (Mt. 5.8). Din is-sejħa l-Imgħallem Divin mar jagħmilha lil kull nisrani. Il-qdusija m’hix huwa stat ta’ ħajja li għandu jigi milħuq minn kulħadd. Il-Konċilju Vatikan it-Tieni, fil-Kostituzzjoni Dommatika fuq il-Knisja, jispjega ċar u fit-tul kif dawk kollha li jixtiequ jimxu wara Ġesù huma mistiedna minnu u obbligati li jilħqu dan l-istat ta’ perfezzjoni. Ġesù lil kull nisrani jtennilu l-kelmiet: “Ejja u imxi warajja” u l-insara għandhom iwieġbu għal din is-sejħa skont is-sejħa individwali u l-kariżmi partikulari tagħhom.

Minn hawn jinħass il-bżonn li ngħixu l-ħajja tal-Evanġelju u l-ispirtu tal-Beatitudnijiet skont il-kariżma tal-familja spiritwali, kulħadd skont l-istat tiegħu, qassis, reliġjuz jew lajk.

Is-sekulari (kemm lajċi kif ukoll qassisin) isibu għajnuna biex igħixu din il-ħajja tal-qdusija wkoll meta b’sejħa minn Alla jħaddnu xi Terz Ordni ta’ Familja Reliġjuza. Dawk li jiffurmaw parti mit-Terz Ordni Karmelitan imsejjaħ ukoll Ordni Karmelitan Sekulari, jintrabtu li jħarsu r-Regula tagħhom, u jsibu l-ispirazzjoni u l-qawwa biex jgħixu din l-għamla ta’ ħajja qaddisa fuq l-ispirtu tal-Profeta San Elija u tal-Verġni Mqaddsa Marija fi ħdan l-Ordni Karmelitan.

L-Ordni Karmelitan Sekulari kif nafuh llum għadda minn diversi żviluppi. Matul is-sekli ħafna nisa u rgiel, filwaqt li baqgħu fid-dinja, assoċjaw ruħhom mal-ħajja spiritwali tal-Ordni Karmelitan ħaddnu l-ispiritwalità tiegħu. Ma’ dawn il-gruppi ta’ lajċi hemm marbuta storja sabiħa għas-sehem tagħhom fl-Ordni, fil-Knisja u fis-Soċjetà.

It-Terzjarji huma lajċi rġiel u nisa (mizzewġin jew ċelibi), kif ukoll saċerdoti djoċesani (bħal San Ġorġ Preca) li huma msejħin jgħixu l-ħajja Karmelitana skont l-istat tagħhom u jipprofessaw ir-Regula jonkella wkoll il-voti temporanji u perpetwi tal-kastità u l-ubbidjenza.

It-Terz Ordni fl-Imdina jmur lura għas-seklu sbatax. Il-laqgħat tal-fraternità issir kull-ewwel Erbgħa tax-xahar. Min jixtieq jissieħeb fl-Ordni Karmelitan Sekulari jew kif inhu magħruf it-Terz Ordni, jikkuntattja lil xi wieħed mir-reliġjużi.

The Rule for the Third Order of Carmel
Online Spiritual Formation Program
TALBA GĦAD-DĦUL FL-ORDNI KARMELITAN SEKULARI
ORDNI KARMELITAN SEKULARI – Fergħa Mdina

 Il-kitba fil-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu

LabtuWieħed mis-sinjali “sagramentali” li xterdu spontanjament fost il-poplu ta’ Alla huwa l-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu, jew l-Iskapular li jsib l-għeruq tiegħu fl-Ordni Karmelitan bħala s-sinjal estern tal-Konsagrazzjoni tagħna lil Alla u lill-Imqaddsa Verġni Marija, kif ukoll is-sinjal tal-Patronat jew il-ħarsien tagħha fuqna. Din il-libsa reliġjuża ma jxidduhiex biss ir-reliġjużi rġiel u nisa Karmelitani, imma wkoll il-Karmelitani Sekulari (lajċi u kleru djoċesan) li jħossu s-sejħa biex jgħixu l-ħajja Karmelitana skont l-istat tagħhom. Il-Labtu jew l-Iskapular magħmul minn biċċjtejn drapp kannella marbutin flimkien b’żewġ żigarelli bojod u li jintlibes fuq l-ispallejn għal fuq is-sider u d-dahar, ma huwa xejn iktar ħlief il-libsa reliġjuża Karmelitana mqassra għal użu iktar prattiku.

Barra minnhekk matul iż-żminijiet il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu xtered fost il-poplu ta’ Alla bil-ġrajja tal-Bolla Sabatina, li twiegħed il-ħarsien tal-Imqaddsa dejjem verġni Marija fuqna wlied speċjali tagħha mhux biss f’din il-ħajja imma wkoll wara mewtna sa ma naslu li ngawdu lil Alla wiċċ imb’wiċċ fl-għaqda sħiħa miegħu. Il-Papa Pawlu VI jirrikonoxxi li l-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu flimkien mar-Rużarju huwa forma mill-aktar għolja u effikaċi mhux biss ta’ devozzjoni Marjana imma wkoll ta’ evanġelizzazjoni. L-Ordni Karmelitan iħossu grat li rċieva dan is-sinjal ta’ Marija u li permezz tiegħu jixtered l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Il-Labtu huwa tassew strument magħżul minn Marija biex tiġbed lil ħafna lejn il-ħajja tal-fidi. Il-Papa Piju XII, li kien ixiddu fuqu, isejjaħlu l-ikbar rahan ta’ ħarsien fil-fidi mogħti minn Marija lill-Knisja. Bosta qaddisin, apparti dawk Karmelitani, kellhom devozzjoni kbira lejh u xiddewh fuqhom b’qima u ġieħ u kien għalihom xprun biex jgħixu b’impenn il-mixja wara Kristu. Insemmu hawnhekk lil Papa San Girgor X, San Alfons Marija de Liguori, lil San Ġwann Bosco, lill-Papa San Ġwanni Pawlu II, lil San Ġorġ Preca (li kien ukoll Terzjarju Karmelitan u ried li kull membru tal-MUSEUM jinkiteb fil-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu), lill-Beatu Oscar Romero u bosta qaddisin oħra li għalihom il-Labtu kien għajnuna fejjieda fil-mixja tal-qdusija u lkoll irrakkomandaw il-kitba fil-Labtu bħala s-Sinjal tal-Konsagrazzjoni lil Marija għax kif jistqarr il-Papa Piju XII l-imħabba lejn l-Imqaddsa Verġni Marija Omm Alla taħji l-Fidi Kattolika u tgħolli l-kwalità tal-ħajja morali tagħna”.

Jekk dawn il-qaddisin sabu fil-Labtu ta’ Marija għajnuna qawwija u ħarsien bla ma jaqta fil-mixja tal-fidi… min aħna aħna biex ma nużawx din il-barka mis-sema.

Jekk tixtieq tinkiteb fil-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu ikkuntattja lil wieħed mir-reliġjużi Karmelitani fuq info@carmelitepriory.org

 

Oasi

OASIL-ghan tal-grupp Oasi huwa li bhala mizzewgin nimxu flimkien mixja ta’ fidi. Din il-mixja titlob li ahna wkoll bhala insara adulti nithejjew tajjeb ghall-isfidi differenti li nhabbtu wiccna maghhom fil-hajja ta’ kuljum. Dan il-grup huwa mill-koppji ghall-koppji li jridu jwieznunlil xulxin sabiex biex flimkien inhobbu ‘l Alla ahjar u ‘l xulxin permezz tar-riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla (lectio divina), fuq it-taghlim tal-qaddisin (karmelitani) u fuqna nfusna.

OASI is based on one of the Carmelite’s principles, namely, ‘to make space for God.’ This space is not only important but necessary for the journey of faith in the life of the couple and also as man/woman. This truth may be absorbed more thoroughly when Jesus met with the Samaritan woman at the well, explaining the importance of the relationship with God: “Jesus said to her, ‘Believe me, woman, the hour is coming when you will worship the Father neither on this mountain nor in Jerusalem. You people worship what you do not understand; we worship what we understand, because salvation is from the Jews. But the hour is coming, and is now here, when true worshipers will worship the Father in Spirit and truth; and indeed the Father seeks such people to worship him. God is Spirit, and those who worship him must worship in Spirit and truth.’ ” (Jn 4, 21-24).

In expanding the above Gospel truth, it is good to briefly reflect on the word ‘contemplation.’ The root of this word is Latin: con tempio – to worship in the temple. Therefore, taking Christ’s words – to worship in spirit and truth – (that is, there is no fixed place to worship God), adding them to St Paul’s that “Do you not know that your body is a temple of the holy Spirit within you, whom you have from God, and that you are not your own?” (1 Cor 16, 19), contemplation then is understood as ‘a way of life,’ this ‘space’ to allow God to work and at the same time ponder on the ‘work of God.’ In other words, you become ‘the space for God.’ This is the journey that OASI takes at heart: together as a couple we become ‘the space for God.’

If you wish to form part of one of the community groups then feel free to email us on info@carmelitepriory.org. Make sure to become a Friend of the Priory to receive our monthly online newsletter.

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook