Mar 27th

Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa 2020

ByCarmelite Priory Mdina | In Lent & Easter, News

Iċ-ċelebrazzjonijiet jixxandru live fuq il-paġna FB tal-Kunvent

Insellmulkom f’dan iż-żmien partikulari li ninsabu fih filwaqt li nistednukom biex ma nħalluħx jgħaddi minn fuqna mingħajr ma nkunu ħadna minnu opportunità sabiex nikbru iktar bħala bnedmin.

F’dan iż-żmien li fih għas-saħħa tagħna u biex nieħdu ħsieb xulxin aħna mħeġġin u mistennija li nżommu ‘l bogħod fiżikament minn xulxin, saħansitra mill-għeżież tagħna, ejjew inħallu dan in-nuqqas u dan il-vojt inibbet fina apprezzament iktar sħiħ ta’ dak kollu li sa ftit jiem ilu konna neħduh, kif jgħidu t-Taljani, per scontato. Dan jgħodd ukoll għall-ħajja reliġjuża u spiritwali tagħna, l-ewwelnett billi ngħarblu lilna nfusna  dwar x’inhu dak li qiegħed jimlielna ħajjitna u fejn qegħdin inqegħdu s-sigurtajiet tagħna. Ħafna mis-sigurtajiet li kellna sa ftit jiem ilu itteħdulna f’ħakka t’għajn. Nitolbu b’mod speċjali għalhekk għalina u għall-persuni li l-aktar ġew milquta minn din l-imxija tal-COVID-19. Niftħu wkoll qalbna u għajnejna b’ħarsa mimlija kompassjoni u solidarjetà ma’ ħutna, anke b’ġesti żgħar, iżda li jagħmlu differenza kbira. Bl-għajnuna ta’ Alla u bit-treġija għaqlija tal-mexxejja tagħna ċivili u reliġjużi u l-iktar bil-ħidma sfiqa tal-professjonisti kollha fil-qasam tas-saħħa kif ukoll b’sens ta’ responsabilità minna lkoll, naslu biex ngħaddu minn dan iż-mien, isħaħ milli konna fuq livell uman u spiritwali. Jalla din l-esperjenza sservina ħalli ninbidlu fejn għandna ninbidlu għall-aħjar fuq kull livell.

Bħalma tafu ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi  fil-knejjes tagħna baqgħu jiġu ċċelebrati mingħar il-preżenza fiżika tal-poplu ta’ Alla miġbur fil-knejjes tagħna. Madanakollu il-Knisja bħala poplu ta’ Alla baqgħet tgħolli leħinha fit-tifħir lil Alla u fl-interċessjoni għalina u għad-dinja kollha, l-iktar permezz tas-Sagrifiċċju tal-Quddiesa u l-Liturġija tas-Sigħat.  Mill-Karmnu tal-Imdina aħna qegħdin naqsmu mal-poplu ta’ Alla il-ħinijiet tat-talb tagħna, fosthom il-quddiesa bix-xandir kuljum f’dawn il-ħinijiet:

07.30am           Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum (nhar ta’ Ħadd u l-festi fit-8am)
12.30pm           Uffiċċju tal-Qari u Talb ta’ Nofs il-Jum
08.00pm           Għasar

Joe Scerri (2020)

Is-sehem f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jgħina nsaħħu s-sens ukoll “tal-Knisja tad-dar” fejn il-membri jsibu ħin jinġabru flimkien għat-talb, li joħroġ mil-liturġija tal-Knisja u jwassal ukoll għaliha. Bħalma tafu wkoll skont l-indikazzjonijiet mogħtija lilna mill-awtoritajiet il-Knisja tagħna tkun miftuħa gaħt-talb fil-privat. Min ikun f’xi ħtieġa partikulari jikkuntattjana u naqduh skont l-indikazzjonijiet mogħtija sabiex nieħdu ħsieb saħħitna u s-saħħa ta’ kulħadd.

Din is-Sena l-Ġimgħa Mqaddsa niċċelebrawha b’mod differenti mis-soltu skont l-indikazzjonijiet maħruġa mill-Kongregazzjoni tal-Kult Divin u l-Arċidjoċesi ta’ Malta. Għaldaqstant  dan huwa l-programm li se jkun imxandar live fuq il-paġna tagħna Facebook. Nistednukom tieħdu sehem f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet mid-djar tagħkom sabiex ilkoll bħala poplu ta’ Alla ngħixu dan iż-żmien tal-Għid fil-profondità tiegħu. Forsi dan ikun mument ta’ grazzja li fiha integħmu iktar dak li hu l-essenzjali mingħajr il-ħafna manifestazjonijiet folkloristiċi, li għalkemm sbieħ, jafu wkoll itellfuna mill-ġid u s-sens veru tal-Misteru tal-Għid tal-Mulej.

B’dawn il-ħsibijiet qosra nsellmulkom u nixtequlkom kull barka u ġid f’dawn il-jiem qaddisa.


Programm

02 ta’ April: Jum id-Duluri

07.30am           Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum
12.30pm           Uffiċċju tal-Qari u Talb ta’ Nofs il-Jum
07.00pm           Via Matris
07.30pm           Għasar

04 ta’ April: Sibt il-Palm

07.30am           Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum
12.30pm           Uffiċċju tal-Qari u Talb ta’ Nofs il-Jum
07.30pm           Għasar

05 ta’ April: Ħadd il-Palm

08.00am           Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum
12.30pm           Uffiċċju tal-Qari u Talb ta’ Nofs il-Jum
07.00pm           Via Crucis
07.30pm           Għasar

08 ta’ April: L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

07.30am           Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum
12.30pm           Uffiċċju tal-Qari u Talb ta’ Nofs il-Jum
07.30pm           Għasar bl-Adorazzjoni tas-Salib

09 ta’ April: Ħamis ix-Xirka

08.00am           Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum
12.30pm           Talba ta’ Nofs il-Jum
07.30pm           Liturġija fit-Tifkira Solenni tal-Aħħar Ikla tal-Mulej
10.00pm           Adorazzjoni Ewkaristika

10 ta’ April: Il-Ġimgħa l-Kbira

08.00am           Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum
12.00pm           Talba ta’ Nofs il-Jum
03.00pm           Liturġija fit-Tifkira Solenni tal-Passjoni
08.00pm           Ċelebrazzjoni madwar Kristu Mejjet bit-talba ta’ għeluq il-Jum.

11 ta April: Sibt il-Għid

08.00am           Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum
12.00pm           Talba ta’ Nofs il-Jum
06.00pm           Għasar
09.00pm           Liturġija tal-Qawmien mill-Imwiet ta’ Sidna Ġesù Kristu.

12 ta’ April: Ħadd il-Għid

08.30am           Quddiesa tal-Għid il-Kbir bit-Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum
12.00pm           Talba ta’ Nofs il-Jum
08.00pm           Għasar.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook