Lent & Holy Week at the Priory

Solemn observance leading up to Easter Sunday

“Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred f’ħafna” (Mt 24:12)

Għar-Randan ta’ din is-sena il-Papa Franġisku, bħal dejjem, bagħat il-messaġġ tiegħu għar-Randan bit-tema “Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred f’ħafna”. It-tema hija ispirata mill-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju skont San Mattew (Mt 24:12) fil-kuntest tad-diskors fuq l-aħħar taż-żminijiet. Il-messaġġ tal-Papa dis-sena huwa qawwi ħafna u f’waqtu għaż-żmien li fih ninsabu. Aħna mħeġġin nistaqsu lilna nfusna jekk aħniex tassew bierda fl-imħabba mħeġġa tal-fidi, jonkella għadniex miġburin mal-fuklar iħeġġeġ tal-Qalb ta’ Ġesù.

Nixtiequ nħeġġukom, biex dan iż-żmien tar-Randan ngħixuh b’intensità u serjetà responsabbli waqt li nużaw l-istrumenti li tagħtina l-Knisja tas-sawm, talb u karità, maħsuba biex jgħinuna nidħlu waħda tajba fina nfusna u naraw lilna nfusna fil-verità quddiem Alla u l-bnedmin.

Matul ir-Randan ukoll fuq dan is-sit issibu riflessjoni għal kull jum tar-Randan biex tgħinna nimmeditaw il-Kelma ta’ Alla li tmantnina f’dan iż-żmien.

Matul dan ir-Randan ikompli l-programm tal-lectio divina u tat-Titus Brandsma Circle, fil-waqt li f’Marzu, mill-11 sat-28, se jkollna wirja ikonografika marbuta mat-tema tal-Passjoni, mis-Sur Vincent Mangani. Għal dan iż-żmien ukoll għandna diversi gruppi għal irtiri ta’ ġurnata u attivitajiet oħra li ninfurmawkom dwarhom iktar ’il quddiem.


PROGRAMM

Bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa, bħalissa fil-kunvent għaddejja l-wirja ikonografika mtellgħa mis-Sur Vince Mangani, SDC. Il-Wirja li ġġib l-isem Il-Ktieb il-Kbir mogħnija hija wkoll b’siltiet mill-Ktieb il-Kbir ta’ San Ġorġ Preca, sabie xtgħin għall-meditazzjoni fuq il-Kurċifiss li hu l-Ktieb il-Kbir tagħna li fuqu nimmudellaw ħajjitna. Nhar il-21 ta’ Marzu wkoll, l-Erbgħa ta’ qabel id-Duluri, ninawguraw il-kwadru tal-Verġni Mqaddsa tal-Pietà tas-seklu 18 li għadu kemm ġie restawrat mill-kumpanija ReCoop. Is-Sibt 24 ta’ Marzu niftħu l-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa bl-Ewwel Għasar ta’ Ħadd il-Palm u l-Lectio Divina. Il-Programm ikompli biċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Ġimgħa Mqaddsa. Partikulari fil-Karmnu tal-Imdina ikollna dawn iċ-ċelebrazzjonijiet: Il-Via Crucis, il-Quddiesa u l-Adorazzjoni tas-Salib nhar l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa Nibdew fil-5.00pm. Fil-Ġimgħa l-Kbira wara ċ-ċelebrazzjoni tat-3.00pm niċċelebraw id-Depożizzjoni minn fuq is-Salib u d-Difna ta’ Ġesù Mejjet. Il-knisja tibqa’ miftuħa għal min jixtieq jinġabar fis-skiet jitlob quddiem is-Salib vojt u l-ġisem mejjet ta’ Ġesù. Nhar Sibt il-Għid, f’12.00pm niċċelebraw il-Lamentazzjoni tal-Verġni Addolorata u t-tħejjija tal-Altar bil-fwejjaħ għall-Għid.

Fi żmien l-Għid niċċelebraw l-Erbgħat tal-Madonna tal-Karmnu li jibdew l-Erbgħa 4 ta’ April. Dakinhar niċċelebraw l-Ewwel Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu billi nieħdu sehem fil-Konsagrazjoni tal-Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta. Għal min jixtieq jissieħeb magħna se norganizzaw trasport mill-Imdina għall-Belt u lura. Min jixtieq jissieħeb magħna għandu jinkiteb sat-Tnejn 2 ta’ April.

Waqt li nixtequlkom Għid Qaddis fil-Mulej, inħeġġukom tissieħbu magħna fil-liturġija ta’ dawn il-jiem.

 

Lent

LENT AND HOLY WEEK AT THE PRIORY – SOLEMN OBSERVANCE LEADING UP TO EASTER SUNDAY

Cultus
Cultus
ex umbris ad lucem
ex umbris ad lucem
ad portas
ad portas
lux
lux
in via
in via
Via Dolorosa
Via Dolorosa
In ramis palmarum
In ramis palmarum
Sedulitas
Sedulitas
Gravitas
Gravitas

NEXT EVENT :

“La Vergine Santissima della Pietà”

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook