Facebook Page Available
  • LOCATION :

    Lunzjata Retreat House, Rabat, Malta
  • Date :

    6 sat-8 ta' Marzu 2015

Retreat

Għal matul ir-Randan il-Grupp OASI ta’ Spiritwalita’ għall-Koppji ispirat mit-tradizzjoni Karmelitana se joffri rtir għall-koppji fuq it-tema “Għidli fejn mort inħbejt” mill-Kantiku Spiritwali ta’ San Ġwann tas-Salib. It-tradizzjoni spiritwali tal-Karmelu tqabbel ir-relazzjoni tar-ruħ ma’ Alla bħala waħda ta’ żwieġ. Bħala koppji miżżewġa inħossu li r-relazzjoni tagħna ma’ Alla għandha tkun riflessa fl-esperjenza konkreta bħala koppja. F’dan l-irtir nixtiequ nsibu mill-ġdid lilna nfusna, lil Alla u lil dawk li nħobbu, f’Alla nnifsu.

Tista’ tnizzel il-programm minn hawn

OASIGħal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Sri Claudio u Antoinette Laferla fuq 79591320 jew 79204548. Tista’ ukoll tibatu email fuq info@carmelitepriory.org

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
Follow us on  Facebook