Jun 8th

Kors Bażiku ta’ Spiritwalità Karmelitana

ByCarmelite Priory Mdina | In News

Il-kors jinqasam fuq sentejn u jsir f’forformationma ta’ seminar modules. L-applikazzjoni għal Higher Education Certificate Award tiswa 100 Ewro per annum li tinkludi l-modules, is-sehem fl-elective modules u l-materjal għall-istudju, kif ukoll faċilità tal-użu tal-Bibljoteka. Għal min jixtieq jattendi l-lezzjonijiet biss mingħajr ma japplika għall- Higher Education Certificate Award l-applikazzjoni tiswa’ 60 Ewro. Il-ħlas jista’ jinqasam mal-bidu ta’ kull semestru jew ukoll jinqasam mal-bidu ta’ kull module.

Għal min jixtieq jattendi għal-modules speċifiki biss l-appikazzjoni tiswa’ 20 Ewro għal kull module. Mal-applikazzjoni jintbagħat il-programm dettaljat tad-dati u l-ħinijiet li fihom isiru s-seminar modules

Il-lingwa li biħ jingħata l-kors: Malti u bl-Ingliż skont il-ħtieġa
Post fejn isiru il-Korsijiet: Carmelite Institute Malta, Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegiagnon, L-Imdina.

Kuntatti:
Mr Stefan Attard
Carmelite Institute Malta
Triq Villegaignon,
L-Imdina MDN 1900
tel: 21454524 mb: 99071302, 79253316
email: carmeliteinstitute@gmail.com

Modules

L-Ewwel Selezzjoni

1.Il-Ħidma ta’ Alla fil-Ħajja u fl-Istorja tal-Bniedem
2.It-Tweġiba tal-Bniedem lil Alla
3.L-Istorja tal-Ispiritwalità Nisranija
4.Il-Ħajja Spiritwali fi Tradizzjonijiet oħra:
5.It-Tfittxija ta’ Alla fid-Dinja Kontemporanja

It-Tieni Selezzjoni

1. Il-Pedamenti u l-Qċaċet tal-Ispiritwalità Karmelitana
2. L-Iżvilupp tal-Iskejjel tal-Ħajja tat-Talb fit-Tradizzjoni Karmelitana
3. Il-Kontemplazzjoni fil-Karmelu: Twaħħid mas-Salib ta’ Ġesù
4. Il-Proċess ta’ Trasformazzjoni

Elective Modules (għażla ta’ tnejn)

1. Santa Tereża ta’ Ġesù: Il-Ktieb tal-Għamajjar
2.Santa Tereża ta’ Ġesù: Il-Ktieb tal-Ħajja
3.Il-Verġni Marija fil-Ħajja Spiritwali
4. Il-Fidi fl-Esperjenza tagħna ta’ Alla
5. L-Ispiritwalità u l-Allegorija

Awards and Level

Final Award: Higher Education Certificate Award In Carmelite Spirituality
Level Rating: Malta Qualifications Framework (MQF) Level 6
Duration: Two years. (9 modules and 2 elective modules of 14 hours each)

Teaching Institution: Carmelite Institute Malta in collaboration with Pastoral Formation Institute
Awarding Institution: Carmelite Institute Malta in collaboration with Pastoral Formation Institute
Certification: A Sealed Certificate after successful completion of the course

Students will be considered to have successfully completed the course after attending at least 2/3 of the lecture sessions and obtaining a pass in all formative assessments.


Download prospectus

 


InstituteCarmelite Institute Malta (CIM) ġie mwaqqaf mill-Provinċja Karmelitana Maltija u l-Provinċja Maltija tal-Karmelitani Skalzi bl-għan li joffri formazzjoni fl-Ispiritwalità permezz ta’ korsijiet u riċerka. B’kollaborazzjoni mal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, dan l-Istitut joffri wkoll Masters fl-Ispiritwalità Karmelitana. CIM jaħdem ukoll f’kollaborazzjoni ma’ diversi Istituti oħra Karmelitani ta’ Spiritwalità madwar id-dinja. L-għan ewlieni ta’ CIM huwa li joħloq spazju fejn il-persuni jistgħu jirriflettu dwar ir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla permezz tal-istudju tal-awturi u t-testi l-kbar tal-ħajja spiritwali.

Għal darb’oħra il-Carmelite Institute Malta qiegħed joffri korsijiet ta’ formazzjoni għall-ħajja spiritwali lill-pubbliku in ġenerali. F’ħidma mal-Pastoral Formation Institute qed tingħata l-possibilità, għal min irid, li dawn il-korsijiet ikunu akkreditati bħala Higher Education Certificate Award skont il-Malta Qualifications Framework.

Tibqa’ l-possibilità li wieħed jattendi biss għal dawn il-korsijiet mingħajr ma japplika għal Higher Education Award. F’dan il-każ jingħata ċertifikat tas-sehem fil-modules.

Is-Sena Akkademika fil-Carmelite Institute Malta tiftaħ nhar il-5 ta’ Ottubru 2015. fil-Kunvent tal-Karmnu, l-Imdina, li huwa s-sede tal-Carmelite Institute Malta.

Comments are closed.

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook