Matul is-sena 2015 fakkarna il-500 sena mit-twelid ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù. Fil-Karmnu tal-Mdina fakkarna dan l-anniversarju b’diversi attivitajiet formattivi, liturġiċi u kulturali.
Bħalma sena ilu ftaħna s-sena ċentinarja fil-festa liturġika ta’ Tereża ta’ Ġesù, hekk din is-sena ngħalqu ċ-ċelebrazzjonijiet marbuta ma’ dan l-anniversarju, b’ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u mumenti ta’ talb li fihom naqraw u nimmeditaw siltiet mill-kitbiet mistiċi ta’ din id-Duttur tal-Knisja li tgħallimna nimxu fit-triq tal-għaqda ma’ Alla fil-ħajja tat-talb.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.OkPrivacy policy
Go Ahead, Leave A Comment