Feb 16th

PrayerIl-kelma tal-Mulej (v.11) m’hijiex kelma kwalunkwe. Meta tintuża għal Alla, “dabar” fl-Ebrajk tfisser “mezz li bih tiġi s-salvazzjoni”, enerġija divina li toħloq fil-qlub tal-bnedmin art għammiela biex tisseddaq u titqaddes fil-preżenza t’Alla nnifsu. Il-kelma “dabar” tintuża aktar minn 390 darba fit-Testment l-Antik biss, xhieda tal-insistenza min-naħa t’Alla li jixtieq li jwassal lill-bnedmin fil-port tas-salvazzjoni, fil-mistrieħ etern, wiċċ imbwiċċ mal-Maħbub tagħna Ġesù Kristu. Il-Kelma t’Alla hija siekta imma hija effikaċi bħalma l-proċess li jiffurmaw is-sħab huwa sieket imma daqstant effikaċi biex isaqqi l-art (ara wkoll Is 40:8). Kif l-art hija għatxana għall-ilma, hekk ukoll hija għatxana qalbna għall-ħajja ta’ Alla.

Fil-kuntest tal-Profeta Isaija – li fil-kapitlu 55 qiegħed iħeġġiġna biex nilqgħu l-istedina min-naħa ta’ Alla li nadottaw għalina l-istess ħajja tiegħu – Ġesù llum jaqsam magħna t-talba li hu kien spiss jitlob lill-Missier. It-talba tal-Missierna għandna nifhmuha f’żewġ perspettivi importanti: il-glorja tal-Missier li ismu huwa Qaddis u l-ħidma tal-bniedem biex jimita din il-qdusija tal-Missier. L-ewwel parti tat-talba hija bħal ħarsa ‘l fuq lejn il-Missier, lejn is-sors tal-ħajja umana tagħna minn fejn ġej is-sens veru tal-ħajja tagħna, lejn dak li jonfoħ in-nifs tal-ħajja fejn hemm l-inxief, dak li huwa dejjem il-Qaddis imma dejjem viċin tagħna l-bnedmin. It-tieni parti mbagħad hija bħal ħarsa madwarna lejn id-dinja li fiha se tkun preżenti s-Saltna t’Alla, lejn id-dinja fejn aħna stess se nkunu dawk li, permezz tal-azzjonijiet tagħna ta’ mħabba, nġibu differenza fil-qlub ta’ dawk li niltaqgħu magħhom.

Il-Papa Emeritu Benedittu XVI jikteb hekk fuq it-talb, “This is what prayer really is – being in silent inward communion with God. It requires nourishment and that is why we need articulated prayer in words, images, or thoughts. The more God is present in us, the more we will really be able to be present in him when we utter the words of our prayers.”

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook