Fil-Knisja Karmelitana tat-Tħabbira tal-Mulej, fl-Imdina, insibu l-kappella tal-Addolorata. It-titular li hemm illum impitter mill-artist Ġużeppi Calì, ħa post kwadru ieħor tal-Verġni tal-Pietà tat-tip de la Soledad li diġà nsibu riferenza għalih fl-inventarju tal-kunvent u l-knisja fl-1713. Dan il-kwadru ġie salvat permezz tal-proġett ta’ restawr li sar fuqu mill-kumpanija ReCoop.
Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Marzu, matul il-ġimgħa tad-Duluri, fil-Karmnu tal-Imdina, fis-7.00pm, se jiġi ppreżentat għall-pubbliku il-kwadru restawrat.
Il-preżentazzjoni tinkludi taħdita fuq l-għeruq tad-devozzjoni lejn La Soledad u l-kwadru tagħha fil-Karmnu tal-Imdina, kif ukoll taħdita dwar l-intervent tar-restawr li sar fuq il-kwadru mill-kumpanija ReCoop.
*għal raġunijiet ta’ loġistika, nitolbu lil min hu nteressat jieħu sehem, jibgħat javżana.
Go Ahead, Leave A Comment