Dan il-module jesplora kif il-bniedem matul iż-żminjiet laqa’ r-rivelazzjoni gradwali ta’ Alla u jidħol fid-dinamiċità ta’ dan il-ftuħ għal din il-ftuħ għall-misteru tarRivelazzjoni gradwali ta’ Alla. Dan il-proċess dinamiku jinkludi passi ‘il quddiem fil-mixja tal-bniedem lejn Alla, reżistenzi, u passi lura li l-bniedem jagħti sa ma jasal għal tweġiba tal-għotja sħiħa lil Alla.
Il-module jingħata f’forma ta’ ġurnata seminar u jitqassam f’sessjonijiet ta’ 45min-il waħda. Ikollna ħin għall-quddiesa u pawsiet għall-kafè u likel ta’ nofsinhar
Lettur: P. Juan Debono, O.C.D.
Carmelite Institute Malta (CIM) ġie mwaqqaf mill-Provinċja Karmelitana Maltija u l-Provinċja Maltija tal-Karmelitani Skalzi bl-għan li joffri formazzjoni fl-Ispiritwalità permezz ta’ korsijiet u riċerka. B’kollaborazzjoni mal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, dan l-Istitut joffri wkoll Masters fl-Ispiritwalità Karmelitana. CIM jaħdem ukoll f’kollaborazzjoni ma’ diversi Istituti oħra Karmelitani ta’ Spiritwalità madwar id-dinja. L-għan ewlieni ta’ CIM huwa li joħloq spazju fejn il-persuni jistgħu jirriflettu dwar ir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla permezz tal-istudju tal-awturi u t-testi l-kbar tal-ħajja spiritwali.
Għal darb’oħra il-Carmelite Institute Malta qiegħed joffri korsijiet ta’ formazzjoni għall-ħajja spiritwali lill-pubbliku in ġenerali. F’ħidma mal-Pastoral Formation Institute qed tingħata l-possibilità, għal min irid, li dawn il-korsijiet ikunu akkreditati bħala Higher Education Certificate Award skont il-Malta Qualifications Framework.
Tibqa’ l-possibilità li wieħed jattendi biss għal dawn il-korsijiet mingħajr ma japplika għal Higher Education Award. F’dan il-każ jingħata ċertifikat tas-sehem fil-modules.
Is-Sena Akkademika fil-Carmelite Institute Malta tiftaħ nhar il-5 ta’ Ottubru 2015. fil-Kunvent tal-Karmnu, l-Imdina, li huwa s-sede tal-Carmelite Institute Malta.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.OkPrivacy policy
Go Ahead, Leave A Comment