Labtu ta' JP II għand is-Sra Tymieniecka

Labtu ta’ JP II għand is-Sra Tymieniecka

Matul l-istorja tal-Knisja diversi kienu l-Papiet li kellhom devozzjoni kbira lejn il-Madonna tal-Karmnu u l-Labtu tagħha, devozzjoni li l-Papa Ġwanni XXIII kien isejħilha “irreżistibbli” għax bħal donna l-Verġni Marija taħt dan it-titlu tal-Karmelu tiġbidna lejha b’qalb tenera ta’ omm u oħt li timxi magħna l-mixja tad-dixxipulat. L-iktar Papa li baqa’ magħruf għal din id-devozzjoni u l-qima bla dubju ta’ xejn huwa San Ġwanni Pawlu II, il-Papa Marjan li fl-arma tal-pontifikat niżżel il-kliem “Totus tuus” (Kollni tiegħek). Huwa jixhed li sa minn ċkunitu żamm fuqu l-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu, u kemm-il darba wera din l-imħabba speċjali li huwa kellu lejn il-Madonna tal-Karmnu, u spiss kien jibgħat jinġieblu Labtu tal-Madonna tal-Karmnu mill-Knisja tal-Karmelitani msejħa La Traspontina. Missieru kien kitbu fil-Konfraternità tal-Labtu meta kellu għaxar snin. Dan l-ewwel Labtu baqa’ jgħożżu anke meta kiber u llum jinsab għand is-Sra Tymieniezka, ħabiba tiegħu tal-qalb li kien tahulha b’rigal u b’sinjal ta’ ħbiberija spiritwali fil-Mulej taħt il-ħarsien ta’ Marija. San Ġwanni Pawlu II ma kienx jiddejjaq juri fil-beraħ li fuqu jġorr din il-libsa ta’ Marija, anzi kien juri li hu kburi li jġib fuqu l-Labtu tal-Karmnu. Lil Terzjarja Karmelitana f’udejnza kien qalilha, waqt li miss b’idejh il-Labtu tat-Terz Ordni li kienet liebsa bih: “Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu! Kemm ġid rajt minnu! Jiena wkoll ilni nġorru fuqi madwar ħamsin sena!” Konferma ta’ din il-verità huma diversi ritratti li juruh bil-Labtu tal-Karmnu fuq sidru. Jolqtuna tlieta partikulari għax spontanji: l-ewwel wieħed meħud ma’ sħabu ħaddiema fil-post tax-xogħol, ieħor waqt il-btajjel f’mument ta mistrieħ wara qabda ħut, u l-ieħor fis-sodda tal-isptar wara l-attentat fuq ħajtu fiit-13 ta’ Mejju 1981. Dakinhar li sparawlu ma ħalliex lit-tobba jneħħulu minn fuqu l-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu waqt l-operazzjoni.

At workHuwa wkoll ħalla lill-Knisja u lill-Ordni Karmelitan, Maġisteru sħiħ dwar il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu bl-ittra li kiteb lill-Ordni f’għeluq is-750 sena tal-Labtu, bil-messaġġi li għamel fil-Ħdud u fl-Udjenzi tal-Erbgħa. Fost ħafna drabi li tkellem ukoll b’mod spontanju fuq il-Labtu tal-Karmnu huwa jgħid hekk:

“jien, sa minn tfuliti, inżomm imdendel ma’ għonqi l-Labtu tal-Madonna u nistkenn b’fiduċja taħt il-mant tal-Imqaddsa Verġni Marija Omm Ġesù “

“Tnejn huma l-veritajiet li joħorġu mil-Labtu: l-ewwel, il-ħarsien bla ma’ jaqta tal-Verġni, mhux biss fil-mixja tal-ħajja imma wkoll fil-mument tal-mewt; it-tieni l-għarfien li d-devozzjoni lejHa trid issir drawwa (habitus=libsa) ta’ għixien ta’ ħajja nisranija. Jiena wkoll inżomm fuq qalbi, sa minn żmien ilu, il-Labtu tal-Karmnu.”

Partikolarment liż-żgħażagħ kien qalilhom waqt li ħeġġiġhom huma wkoll iżommu fuqhom il-Libsa ta’ Marija:


“Irrid ngħidilkom li sa minn żgħożiti, meta jiena kont bħalkom, Hi (Marija) għenitni. Għenitni ħafna nsib il-grazzja proprja għall-età tiegħi, il-grazzja tal-vokazzjoni. Irrid ngħidilkom, anzi rrid nixhed u nistqarr magħkom, sabiex dak li se ngħid iħalli l-frott u jiswa’ għal kull żgħażugħ u żagħżugħa, dan hu aspett partikulari ħafna tal-għana spiritwali tal-Verġni Marija, Omm Kristu! Il-missjoni tagħha Karmelitana hi marbuta ma’ libsa. Din il-libsa tissejjaħ il-Labtu Mqaddes. Kemm naf lil dan il-Labtu tagħha tal-Karmelu fil-jiem ta’ żgħożiti!”

Fl-Ma' pellegrinaġġ fl-20012007 il-Kardinal Stanislaw Dziwisc kien ta lill-Ordni permezz ta’ P. Lucio Zappatore Labtu li kien jilbes il-Papa San Ġwanni Pawlu II. Dan il-Labtu msejjaħ popolarment “Labtu Pellegrin” idur diversi parroċċi, knejjes u komunitajiet insara u din is-sena se jkollna l-grazzja li jiġi fostna bejn it-22 u l-24 ta’ Lulju. Tkun ħaġa sabiħa li matul dawn il-jiem insibu ħin biex ninġabru fit-talb madwar din ir-relikwa qaddisa li tgħaqqad fl-imkien żewġ imħabbiet kbar: Il-Verġni Mqaddsa Marija u San Ġwanni Pawlu II. Simbolikament din ir-relikwa hija eżempju elokwenti ta dak li jfisser il-Labtu: li Marija u l-persuna li ġġibu fuha jsiru ħaġa waħda, għax kif jgħallimna l-beatu Titu Brandsma, wieħed mill-mistiċi Marjani tal-Ordni Karmelitan: “aħna msejħin biex insiru Marija oħra, billi nnisslu lil Kristu fina u nwellduh fid-dinja ta’ madwarna”

FishingQaddisin kbar, mhux biss Karmelitani bħal San Alfonz Marija de’ Liguori, San Ġwann Bosco, il-Beatu Oscar Romero, San Ġorġ Preca, il-Beatu Nazju Falzon u ħafna oħrajn żammew fuqhom din il-Libsa ta’ Marija u għenithom fil-mixja tal-qdusija, kif ukoll eluf u ta’ nies li sabu fih rahan ta’ ħarsien u qdusija…

u inti… ma titħajjarx tissieħeb ma’ din ix-xmara ta’ xhieda?


Fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fl-Imdina, se jkollna fostna l-Labtu li kien jilbes il-Papa San Ġwanni Pawlu II. Fil-poster mehmuż issibu l-ħinjiiet tal-espożizzjoni. Ħaġa sabiħa li fix-xahar dedikat lill-Madonna tal-Karmnu inħeġġu gruppi u persuni jżuru din ir-relikwija fi spirtu ta’ talb bejn it-22 u l-24. Dan il-Labtu msejjaħ “il-Labtu Pellegrin” ingħata lill-Ordni Karmelitan mill-Kardinal Dziwisc u jżur diversi komuntajiet reliġjużi, insara, knejjes u parroċċi.

Fil-ħinijiet tal-espożizzjoni il-patrijiet ikunu disponibbli għall-qrar u jkun hemm ċelebrazzjonijiet ta’ talb u kant, kif ukoll il-possibilità tal-kitba fil-Labtu

Migja tal-Labtu

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook