KeyL-istennija hija wkoll skola ta’ tagħlim. Hija proċess ta’ formazzjoni li fiha noqgħodu kwieti nitgħallmu mingħand Alla, nisimgħu kelmtu, nirriflettu, nixtarru, ngħarblu lilna nfusna u dak li jiġri madwarna. Jiena ngħallmek għall-ġid tiegħek jgħid il-Mulej lill-poplu tiegħu bħalma missier ikellem lil ibnu b’kull mod u b’paċenzja kbira biex jgħallmu.

Ħafna drabi minna jonqos li ma nitgħallmux, li ma nikbrux fil-fidi. Faċli nwaħħlu f’dak u fl-ieħor u għax dak antikwat u għax ħaġa jew oħra. Illum iktar minn qabel forsi, fejn għandna ħafna opportunitajiet li jistgħu jgħinuna nikbru fil-fidi. Ġesu iwissina: daqqejnilkom il-flawt u ma żfintux għannejnilkom għanja ta’ niket u ma bkejtux.

L-għerf jinsab proprju fil-kapaċita li nieħdu l-opportunita minn kull ċirkustanza, minn kull mument: ferrieħi jew ta’ niket, favoreli jew sfavorevoli, faċli jew diffiċli. Nemmnu jew ma nemminux li Alla dejjem jaħdem magħna id f’id għall-ġid tagħna, għas-salvazzjoni tagħna. Huwa l-każ li l-problema ewlenija hija fil-fatt in-nuqqas ta’ ħeġġa u nteress fil-ħwejjeġ ta’ Alla. Insibu ħin għal kollox… kemm aħna lesti li dan il-kollox nimlewh b’Alla?

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook