It-tieni ħadd tal-Avvent jiftaħ bit-tħabbira ta’ Iżaija meħuda minn dik il-parti tal-ktieb li tissejjaħ il-ktieb tal-Għimmanuel. F’dan il-ktieb, Iżaija jitkellem dwar iz-zokk niexef li hu simbolu tal-poplu li nqata minn Alla u allura nixef. Madanakollu minn dan iz-zokk niexef toħroġ fergħa li timla lil dan il-poplu b’tama u ferħ qaddisa għax mhux kollox hu mitluf.
Din it-tama u l-ferħ fil-Mulej ikomplu huma t-temi msensla fil-liturġija tat-tieni ġimgħa tal-Avvent li tilħaq il-qofol tagħha fit-tielt Ħadd li jissejjaħ Ħadd-il ferħ. Fil-qari ta llum Iżaija jitkellem fuq il-ferħ, il-kuraġġ, it-tama mal-poplu li hu qalbu maqtugħa, bla saħħa, għajjien. Kif jgħidilna l-Papa Franġisku, huwa dan il-ferħ tax-xandir tal-Evanġelju, l-aħbar it-Tajba, li jagħmilna missjunarji, li jixħetna fid-dinja biex nagħtu xhieda ta’ hajja hienja fil-Mulej ukoll qalb it-tiġrib u t-taqlib li nafu niltaqgħu miegħu.
Go Ahead, Leave A Comment