B’ liema awtorità qed taghmel dawn il-hwejjeg? jistaqsu l-kapijiet tal-poplu, lil Gesù.
L-awtorità ta Gesù mhijiex gejja minn xi maggoranza li ghazlitu b’mexxej. Lanqas ma hija gejja mill-popolarità li kien igawdi minnha. l-awtorità ta’ Gesù gejja mill-ghotja tieghu innifsu lil Alla u lill-poplu afdat f’idejh. Huwa l-midluk ta’ Alla, l-Messija li jqieghed kollox f’postu: ara jiena se ngedded kollox, jghid il-Mulej lil Gwanni l-Evangelista, id-dixxiplu mahbub, fil-gzira ta Patmos. L-awtorità gejja ghax hu ghandu gheruqu mnizzlin f’ Alla u huwa haga wahda ma’ hutu l-bnedmin hekk li jaf fejn thabbat il-qalb ta’ Alla u wkoll jaf tassew x’inhu mehtieg biex dan il-poplu jilqa’ s-Salvazzjoni. L-awtorità ta’ Gesù fuqna hija l-awtorità li gejja minn fuq, ghax minn fuq huwa tbaxxa. Sar bhalna f’kollox u offrielna lilu nnifsu bhala rahan tas-salvazzjoni.
Go Ahead, Leave A Comment