O kewkba tal-Lvant, dija tad-dawl ta’ dejjem, O Xemx tal-gustizzja… Hekk issejjah il-liturgija llum lil Gesù Kristu. Gesù huwa l-kewkba tal-Lvant, ghax mil-Lvant titla’ x-xemx. Anzi il-Lvant jiehu ismu proprju mix-xemx tielgha biex iddawwalna wara d-dlam tal-lejl.
Ghal kwazi elfejn sena shah, aqta dawn l-ahhar snin, l-Insara specjalment fil-quddiesa, kienu jharsu jew jieqfu jitolbu b’wicchom lejn il-Lvant, biex juru li l-ewwelnett qed jistennew lil Kristu gej mill-gholi bhax-xemx tielgha u wkoll biex juru u jiftakru li harsitna bhala nsara hija dejjem iffukata fuq Kristu…
Ahna msejhin biex il-hin kollu nkunu mdawwrin lejh, harsitna ‘il fuq, mixjietna il fuq bhal ta’ Marija li marret thaffef lejn l-gholjiet. L-gholjiet li huma s-simbolu tal-prezenza u tad-dehra ta’ Alla. Marija tersaq lejn Alla toghla l fuq b’heffa u hekk kif timtela bih, li tlahham fiha, hija ssir ministru tal-grazzja ta’ Alla li jsawwab il-grazzja tieghu fuq l-ohrajn. Hekk gara lil Elizabetta kif Marija rifset l-ghatba ta’ darha, imtliet bil-ferh, il-ferh ta’ Alla u bhal donnha sikret u ntilfet. San Luqa jghidilna li Elizabetta mtliet bl-ispirtu u nfexxet f’ghajta kbira ta’ tifhir lil Alla. Kemm taghmel differenza f’hajjitna li kieku u ahna nkunu dejjem imdawwrin lejn din ix-xemx li ddawwalna u tahjina, kemm ingibu ferh u hena u hajja madwarna li kieku ahna dejjem orjentati lejn Kristu bhalma warda tax-xemx dejjem orjentata lejn ix-xemx. Ejjew ma naqilghux harsitna minn fuq Kristu. Induru lejh ghax minnu biss hajjitna taghmel sens.
Go Ahead, Leave A Comment