Inti huwa dak li ghandu jigi jew nistennew lil xi hadd iehor?
Din il-mistoqsija Gwanni l-Battista jaghmilha lil Gesù permezz tad-dixxipli tieghu, mibghuth waqt li hu kien mizmum fil-habs, ghaliex Gesù ma kienx qed igib ruhu hekk kif habbar Gwanni l-prekursur! Gwanni kien habbar li l-Messija gej bil-midra f’idu u se jitfa’ l-karfa fin-nar li ma jintefiex. Gwanni pprezenta lil dak li gej warajh bhala xi hadd li jaqta’ l-haqq, jaghmel gudizzju. Minflok Gesù kien qieghed isejjah ghall-konverzjoni, il-bidla tal-qalb permezz tax-xandir tal-mahfra u l-hniena ta’ Alla. Gesù huwa l-messija ta’ qalb helwa u umli li jilqa’ l-midinbin u jhabbibhom ma’ Alla li l-ghaxqa tieghu tinsab f’li jkun mal-bnedmin. Il-gudizzju tieghu huwa l-hniena u l-kompassjoni li permezz taghhom jerga’ jaghti cans iehor lil dak li jkun biex jghix il-hajja tieghu bis-shih. Trid tkun qalbek tassew iebsa u maghluqa ghalih sabiex inti ma ssibx salvazzjoni f’ghajnejn Alla.
Gwanni l-Battistkellu l-kapacità li jilqa’ lil Kristu kien x’kien il-mod li hu ghazel biex ikun fostna. Huwa wasal biex bidel fehimtu dwar x’kellha tfisser il-migja tal -Messija. Nistaqsi: Ghajnejja miftuha biex nilqa l-Mulej ikun xi jkun il-mod li bih jigi jzurni?
Lest li nibdel il-pregudizzju tajjeb jew inqas tajjeb li jien ghandi dwar Alla?
Go Ahead, Leave A Comment