L-Antifona tal-ferji l-kbar illum issejjah lil Kristu bhala l-gherq ta’ Gesse li joghla il fuq bhala sinjal ghall-popli kollha. Dan l-gherq huwa l-gherq ta’ kollox. Minnu tigi s-salvazzjoni. L-gherq huwa xi haga hajja li minnu tinbet il-hajja l-gdida. Il-frott tieghu huwa s-salvazzjoni ta’ Alla ghalina.
Fl-Evangelju tal-jum, il-Knisja taghtina r-rakkont tat-tnissil ta’ Gwanni l-Battista minn Zakkarija u Elisabetta koppja hawlija. Bil-kelma ta’ Alla l-isterilità tinbidel f’hajja gdida u Gwanni l-Battista huwa dak li jipponta lejn Kristu li hu l-hajja taghna, huwa l-gherq li fih bih u mieghu ahna nezistu. Gwanni jitnissel minhabba Kristu u allura Kristu huwa l-gherq tal-hajja u l-ezistenza tieghu.
San Gwann jghidilna fl-Evangelju: kollox sar bih u minghajru ma sar xejn minn dak kollu li sar. Kollox bih u ghalih kien mahluq jghallimna San Pawl. Hu qabel kollox u kollox bih qieghed izomm. Kemm nirriflettu li l-hajja taghna hija mibnija fuq dan l-gherq li qatt ma jinxef qatt ma hu hawli izda ghammiel. Kemm hu sabih li nkunu nafu li l-gheruq ta’ hajjitna huma fih, u fih u bih, f’Alla ghax hu jinsab fi hdan Alla sa minn dejjem ta’ dejjem.
Go Ahead, Leave A Comment