Farrġu, farrġu lill-poplu tiegħi jgħid Alla permezz tal-profeta Izaija. Waqt li l-poplu jinsab fid-dezert, fix-xejn, Alla jistiednu jibni triq. Kemm huwa minnu dan! Kemm nistgħu il-qtiegħ ta’ qalb, iċ-ċirkustanzi li jimblukkawna u jillimitawna nużawhom biex inħejju triq għall-Mulej. Id-deżert tagħna, il-limitu, id-diżgrazzji tagħna kollha jistgħu ikunu okkażjoni li bihom aħna nħallu lil Alla jibdilna minn ġewwa.
Farrġu lill-poplu tiegħi jgħid il-Mulej. Dan hu l-faraġ tagħna li b’Alla f’ħajjitna il-kuntlarju nistgħu nibdluh u nużawh sabiex nikbru u nimmaturaw u mhux nitkissru. Inħejju mela t-triq ta’ qalbna ħalli l-Mulej isib post fejn jidħol jgħammar, għax iktar ma jarana limitati iktar ifittex li jħaddanna miegħu, bħal dak ir-rgħaj li jħallu lil kollox u lil kulħadd biex imur wara n-ngħaġa li ntilfet għax Alla ma jrid li ħadd minna ma jintilef.
Go Ahead, Leave A Comment