Holy FamilyIllum il-Knisja tiftah il-ferji l-kbar tal-Avvent u li huma t-thejjija immedjata ghall-Milied. Il-liturgija b’insistenza ssejjah lill-Messija biex ifittex jigi u ma jiddawwarx. F’dawn il-jiem il-liturgija taghtina Antifona kuljum li biha l-Knisja ssejjah lill-Gharus taghha Sidna Gesu b’titli partikulari mehudin mill-Iskrittura, sabiex ma jiddawwarx.

Illum il-Knisja tghajjat lil Kristu bhala l-Gherf ta’ Alla l-Gholi li jmexxi kollox bi hlewwa u qawwa u titolbu jghallimha l-gherf veru, dak l-gherf li jigi mill-biza ta’ Alla. Fl-Evangelju naraw lil dan l-gherf mohbi ta’ Alla jahdem fl-Istorja tal-bniedem minn generazzjoni ghal ohra, il-migja tal-Messija. Din l-istorja tas-salvazzjoni hija migbura fil-qosor fil-genealogija ta’ Gesu skont San Mattew li fiha, wara kull isem, ghal min hu midhla tal-Kotba Mqaddsa hemm storja ta’ salvazzjoni, mahfra mid-dnub.

Hemm ismijiet li ma jidhru mkien ukoll fir-Rabta l-Qadima, imma li jissemmew fil-genealogija, nies mohbija li Alla wahdu jaf hajjithom. Din il-genealogija tkompli, tkompli fil-hajja tal-Knisja il-familja ta’ Alla migbura minn Kristu u tkompli bl-istess mod: Alla li jahdem is-salvazzjoni taghna fl-istorja konkreta ta’ kull wiehed u wahda minna, maghrufin jew mohbijin ghal ghajnejn id-dinja, imma gheziez f’ghajnejn Alla.

2 Comments to "Advent Reflection – Tuesday 3rd Week of Advent"

  • z .b
    17/12/2015 at 8:25 pm

    Nitlob biex kullhad jidhol mill bieb tal Hniena u nitolbu ghall mahfra ta dnubietna .Din hija s-sena tal-hniena u sena tal grazzja t;Alla il Missier taghna lkoll.

  • Z.B.
    17/12/2015 at 8:36 pm

    Il knisja fethet il bieb tal- Hniena biex ahna nidhlu lkoll sabiex b’indiema shiha nakwistaw il Mahfra li l’Mulej u Missier Hanin ghogbu jirregalalna ghal din is sena tal Hniena.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook