Fl-Evangelju ta’ llum, Zakkarija jinfexx f’ghanja ta’ tifhir lil Alla. Hu li mmuta ghax ma emminx dak li habbarlu l-anglu tal-Mulej li se jitwelidlu tifel, issa jinfexx f’ghana ta’ ferh ghax il-weghda ta’ Alla sehhet fit-twelid tal-Battista. Ahna wkoll ghandna hwejjeg u cirkustanzi f’hajjitna li jimmutawna li jimblukkawna u nistennew li Alla jehlisna minnhom, li jhenn ghalina u jaghtina l-fejqan. Ahna wkoll nistennew hafna drabi l-weghda ta’ Alla li ma narawhiex issehh f’hajjitna bil-kriterji u biz-zmien taghna. Nitolbu lil Alla jaghtina d-don tal-fidi li timlienna bit- tama li Alla jzomm kelmtu, kif zammha meta baghat lil Ibnu fid-Dinja u hekk sehhet il-weghda tieghu lill-poplu li hu ghazel ghalih. Inzommu hajja fina l-fidi u t-tama li jsehhu fina l-weghdiet ta’ Alla fostna.
Go Ahead, Leave A Comment