EagleL-istennija tal-Avvent hija biex ngħidu hekk eżerċizzju u formazzjoni biex niftħu għajnejna ħalli naraw sewwa, fil-profond. Alla permezz tal-Profeta Iżaija jistieden lill-poplu jiftaħ għajnejh ħalli jara. X’iridna naraw Alla?

L-ewwelnett naraw li hu jinsab taħt dak kollu li jidher. Hu diġa jinsab fostna kif jgħidilna Ġesu: Is-saltna ta’ Alla tinsab f’nofskom. It-tieni biex naraw u nindunaw kemm drabi fil-ħajja fil-fatt ninsew lil Alla. Ninsew inħarsu lejn il-persuni u ċ-ċirkustanzi, lejna nfusna f’din il-preżenza ta’ Alla li tgħatti u tinsab f’kollox.

Kemm neħtieġu din il-ħarsa kontemplattiva li tagħtina ġwienaħ bħal ta’ seqer biex nogħlew il fuq, il fuq u iktar ma nogħlew il fuq, iktar il-ħarsa tagħna tara biċ-ċar u tilmaħ ir-realta ta’ kollox. Il-bniedem spiritwali jgħarbel kollox, tgħallima l-Iskrittura, imma lilu ma jgħarblu ħadd. Din il-ħarsa, il-viżjoni tagħmel possibbli li aħna nimxu bla ngħejjew, naħdmu bla ngħejjew għal Alla u għas-Saltna tiegħu. Kemm drabi fil-ħajja tagħna ngħejjew nagħmlu dak li hu sewwa… għax hu diffiċli: biex dejjem tkun fis-sewwa trid dejjem tkun f’taqbida miegħek innifsek, mad-dinja u max-xitan.

San Ġwann tas-Salib jgħallimna li din it-taqbida tagħna li hi tqila u iebsa u teħdilna l-enerġija kollha, issir eħfef meta nogħlew il fuq, meta nkunu bħall-isqra merfugħin fi ħdan Alla: Ejjew għandi intom li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin u jiena nserraħkom jistedinna Ġesu llum. Ejjew nogħlew fi ħdanu għax fejn hemm hu, kollox ħafif, kollox sabiħ.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook