Fit-tieni jum tal-Ferji l-Kbar tal-Avvent il-Knisja tghajjat lil Kristu bhala s-Sid u l-Mexxej tad-Dar ta’ Izrael li ta l-ligi lil Mose fuq is-Sinaj u titolbu jehlisna b’id qawwija. Din il-ligi ta’ Mose, ssib il-perfezzjoni taghha fi Kristu. Mhijiex hemm biex tjassar imma biex tiggwidana, tmexxina, biex taghmilna persuni ta’ fidi li kapaci niddixxernu x’inhu l-ahjar, x’inhu gust u sewwa quddiem Alla fic-cirkustanzi u prattici tal-hajja ta’ kuljum li nsibu ruhna fihom, sitwazzjonijiet kumplessi jew kumplikati li mhux facli nsibu tarfhom.
L-Evangelju ta’ llum ipoggi quddiem ghajnejna lil San Guzepp bhala ezempju ta’ kif din il-ligi ta’ Mose pperfezzjonalta bi Kristu tghinna naghmlu ghazliet tajba f’hajjitna skont ir-rieda ta’ Alla. San Guzepp ma jiqafx fl-ittra tal-ligi li kienet tippreskrivi t-thaggir imma jittempra din il-ligi fid-dawl tal-imhabba u l-kompassjoni u waqt li ma jiksirx il-ligi li kienet torbtu jaghmel dak li hu sewwa u jagixxi b’gustizzja quddiem Alla, ghax mhux dejjem l-ubbidjenza tal-ligi tiggustifikana. San Pawl jghallimna li l-ligi qeghdha hemm biex turina x’inhu dak li mhuwiex sewwa. Kristu jghallimna nizbqu l-osservanza tal-ligi bil-qawwa tal-imhabba li gejja minn Alla. Il-ligi tghinna nkunu nafu sa fejn ghandna naslu bejn it-tajjeb u l-hazin. Il-ligi tghallimna l-minimu. Kristu jghallimna jghallimna l-massimu biex naghmlu pass il quddiem biex nghixu l-ispirtu tal-ligi ta’ Alla. Nitolbu lil Alla li bhal Guzeppi nkunu persuni ta’ dixxerniment ghaqli u gharef li jikxfilna l-qalb ta’ Alla.
Go Ahead, Leave A Comment