Wahda mill-karatteristici sbieh tal-fidi taghna Nisranija hija li ahna nemmnu li Alla huwa vicin taghna. Il-pedament tal-fidi taghna fil-fatt huwa li Alla sar bniedem bhalna, ghalina u ghas-salvazzjoni taghna.
L-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum mid-Dewteronomju jghidilna li mhemmx poplu li ghandu l-allat hekk qrib tieghu daqs kemm hu qrib taghna l-Mulej Alla taghna kull xhin insejhulu. F’Gesù Alla hu qrib taghna biex jaqsam il-hajja tieghu maghna u biex jaqsam il-hajja taghna. Madanakollu l-familjarità taghna ma’ Alla tista’ tiddegenera f’kunfidenza zejda hekk li ghax nafu li Alla huwa tajjeb maghna, hu habib taghna, hu qrib taghna, allura nibdew nillaxkaw fir-relazzjoni taghna mieghu. Kemm drabi tisma’ min jghidlek: “u Alla hanin”, “u Alla jifhimni”, “u Alla x’se jonqoslu b’daqshekk”… Kemm naghmluhom dawn l-argumenti u kemm nonqsu mir-riverenza u mir-rispett lejn Alla nnifsu., ibda’ mill-imgieba taghna fil-knejjes, filmod ta’ kif nersqu lejn is-sagramenti, fil-mod ta’ kif niehdu hafif il-kmandamenti ta’ Alla, fin-nuqqas ta’ konsiderazzjoni fit-talb, u l-bqija.
Gesù jwissina fl-Evangelju li hu ma giex biex iwaqqa’ l-ligi u li din tibqa’ valida sal-inqas tikka. Staqsi ftit lilek innifsek: “Lil Alla niehdu bis-serjetà?”
Go Ahead, Leave A Comment