Dec 9th

JfittexIż-żmien tal-Avvent mhux biss ifakkarna li aħna Nsara li ninsabu fi proċess ta’ stennija – l-istennija għat-tieni miġja ta’ Sidna Ġesù fl-aħħar taż-żminijiet – imma wkoll aħna Nsara li għandna dejjem iżjed nirrealizzaw li mingħajr Alla fil-ħajja tiegħu “il-bniedem huwa ħaxix, u sbuħitu bħal ward ir-raba’ […] il-ħaxix jinxef, u l-ward jidbiel, iżda l-kelma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem.”

L-Avvent huwa żmien, l-ewwel u qabel kollox, ta’ konverżjoni, dik il-konverżjoni tal-qalb tagħna li permezz tal-ħajja kollha tagħna nikkwitaw il-passjonijiet kollha tagħna u nistrieħu f’Alla. Kemm-il darba fit-talb ħassejna li għandna bil-fors nużaw ħafna kliem biex nesprimu dak li aħna naħsbu jew inħossu dwar Alla? Madanakollu, kif tgħallimna Santa Tereża ta’ Ġesù, l-għalliema l-kbira tat-talb, it-talb mhuwa xejn ħlief li nkun waħdi fi djalogu kollu mħabba ma’ dak li qiegħed waħdu. It-talb, tgħidilna, mhuwiex tant dak li nagħmel jien, iżda pjuttost huwa dak li Alla jagħmel miegħi u kemm jien qiegħed inħallih jagħmel dan fil-ħajja tiegħi. Il-konverżjoni, kif toħroġ mil-Liturġija tal-Kelma tal-lum, turina lil dan Alla, li huwa r-Ragħaj it-Tajjeb, li jħalli lin-nagħaġ kollha l-oħra biex jiġi jfittixna hemm fejn ninsabu mitlufin, imħawdin, u mxerrdin. L-ewwel pass fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla għandu jkun li ninfetħu, nibdlu t-triqat tagħna – il-konverżjoni – biex minflok jien isir Alla s-Sid ta’ ħajti, Hu li diġà qiegħed ifittixni biex ireġġani lura l-maqjel fuq spalltu.

Il-konverżjoni, mela, hija l-ewwel u qabel kollox proċess sabiħ ta’ ritorn, bħall-iben il-ħali li reġa’ lura lejn dar missieru. Hija mixja ta’ abbandun u tama sħiħa f’dak Alla li jaf x’inhu l-aħjar għall-ħajja tagħna u li diġà qiegħed ifittixni u jistaqsi l-istess mistoqsija bħalma staqsa lil Adam fil-Ġnien tal-Għeden: “Fejn int?”

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook