LiberationIs-sinjali taż-żmien messjaniku huma dawk marbutin mas-salvazzjoni u l-ħelsien. Meta Ġwanni l-Battista jibgħat lid-dixxipli jistaqsu lil Ġesù huwiex hu dak li kellu jiġi, Ġesù jibgħathom lura għand il-Prekursur jirrakkuntawlu x’qegħdin jaraw u jismgħu: il-ħelsien tal-imjassrin, il-fejqan taz-zopop, l-għomja, t-torox.

Fis-sinagoga wkoll Ġesù jiftaħ il-ministeru pubbliku tiegħu bil-kliem ta’ Iżaija: L-Ispirtu tal-Mulej fuqi għax hu kkonsagrani biex inwassal il-ħelsien lill-imjassrin, etċ… Il-Liturġija ta’ llum ukoll iddur ma’ din it-tema u ma’ din il-verità li tikkaratterizza żmien il-Messija. Iżaija jitkellem dwar it-torox li jisimgħu il-Kelma, l-għomja li joħorġu mid-dlam u jibdew jaraw, il-foqra u l-umli li jifirħu fil-Mulej, Ġakobb ma jibqax diżappuntat, l-ulied imxerrda jerġgħu lura d-dar ta’ Alla (Israel), u min fl-iżball jerġa’ lura għas-sewwa. Is-saltna messjanika hija ż-żmien li fih kulħadd jerġa’ lura lejn Alla.

Ġesù wkoll fl-evanġelju ta’ llum jagħti d-dawl lil żewġ għomja. San Mattew, jagħtina dettal li jidher aċċidentali, imma li fil-fatt mhuwiex. L-għomja jingħataw id-dawl malli Ġesù jasal id-dar. Fl-evanġelju, d-dar hija d-dar ta’ Pietru, li fiha l-poplu kien isib lil Ġesù u minnha għamel diversi għeġubijiet. Bħalma Iżaija jħabbar li l-imxerrdin jerġgħu lura d-dar, hekk San Mattew fl-evanġelju jurina li d-dawl ta’ Kristu nirċevuh mid-dar ta’ Pietru, il-Knisja, jiġifieri l-ġemgħa ta’ dawk li jemmnu fi Kristu u jimxu warajh. L-Avvent huwa ż-żmien li fih aħna nimpenjaw irwieħna li nirċievu iż-żmien tal-Messija u l-fejqan fil-ħajja spiritwali tagħna, imma wkoll iż-żmien li fih aħna ninpenjaw irwieħna li nkunu parti mid-dar li fiha jgħammar Kristu. Ejjew nimxu wara Ġesù, fid-dar ta’ Pietru u nsebbħu din id-dar bil-preżenza ħajja tagħna li ssaħħaħ il-familja ta’ Alla li hi s-saltna messjanika fuq l-art.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook