Apok 11: 19a, 12: 1-6a. 10ab
1 Kor 15: 20-26
Lq 1:39-56
Fl-ewwel ta’ Novemru 1950, il-Papa Piju XII iddikjara li hi verita’ rrivelata lilna minn Alla li meta l-Vergni Mqaddsa Marija għalqilha ż-żmien tagħha f’din id-dinja, ġiet bi-qawwa ta’ Alla mtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem. Din hi d-domma ta’ l-Assunjoni. Hija differenti mill-Axxensjoni, it-tlugħ tal-Mulej fis-sema, għax Ġesừ tela’ bil-qawwa tiegħu stess.
Sa mill-bidu tal-ħames seklu, f’Ġerusalemm, kienet diġa bdiet issir il-festa tat-tlugħ tal-Madonna bir-ruħ u bil-ġisem fis-sema. Bil-mod il-mod din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata fi knejjes oħra.
Storikament ma għandna xejn fiż-żgur fejn u meta ġrat il-mewt tal-Madonna. Wara li Ġesừ tela’ s-sema, il-Madonna baqgħet Ġerusalemm, u kienet ma’ l-appostli meta niżel fuqhom l-Ispirtu s-Santu. Imbagħad flimkien ma’ San Ġwann marret Efesu. Probabbilment wara xi żmien, reġgħet marret Ġerusalemm fejn mietet bejn is-sena 5 u l-15 wara l-Axxensjoni ta’ Ġesừ.
Dawk li jmutu fi Kristu, il-ġisem dgħajjef tagħhom għad jieħu s-sura tal-ġisem glorjuż tiegħu fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum. Dan hu t-twemmin tagħna.
Bi grazzja speċjali, Alla ried li dak li għad jiġri fl-aħħar jum lil dawk li jmutu fi Kristu, iseħħ fil-Verġni Mqaddsa sal mill-bidu tal-mewt tagħha,, billi ġisimha bla ma jara t-taħsir jinbidel f’ġisem glorjuż. Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem, hija l-Patruna prinċipali ta’ Malta.
Go Ahead, Leave A Comment