Mar 13th

Dur u isma’

ByCarmelite Priory Mdina | In Lent & Easter, Podcasts, Reflections & Sermons

Il-Kelma ta’ Alla llum tikkonfrontana b’żewġ azzjonijiet: dur u isma’. It-tnejn li huma jindikaw moviment, ċaqlieq.

Il-Profeta Hosegħa fl-ewwel qari tal-Quddiesa ta’ llum iwassal il-Kelma ta’ Alla li tistieden lil Israel, imqabbel ma’ mara adultera fir-relazzjoni mar-raġel tagħha – tant hu hekk li fil-bidu tal-ktieb ta’ Hosegħa nsibu lill-profeta li fuq l-amar ta’ Alla jiżżewweġ prostituta sabiex ikun sinjal tal-poplu li ttradixxa lil Alla – sabiex idur lejn Alla.

Dur u isma’Aħna mdorrijin nużaw il-kelma “konverżjoni” li tfisser proprju hekk li ddawwar qalbek. Alla wkoll jgħid fuqu nnifsu wara li jinkorla għall-infedeltà li toffendi mħabbtu, “daret għalija qalbi” għall-poplu tiegħi, u mill-korla hu jitfa’ l-ħniena. Li ddawwar qalbek jimplika l-ewwelnett li tiftakar fil-jiem li fihom, biex nużaw l-istess terminoloġija biblika, innamrajt ma’ Alla, iż-żmien li fih inġbidt lejn Alla, iż-żmien li fih iddeċidejt li Alla jkun parti minn ħajtek. Ġesù jikkwota l-kmand tad-Dewteronomju li jiftaħ bis-sejħa għas-smiegħ: “Isma’ Israel”. Li tħalli qalbek iddur, tiddisponiha biex tisma’, f’dan il-każ tisma’ lil Alla u tagħtih widen. Il-kmand tad-Dewteronomju jgħidilna kif għandna nħobbu lil Alla u lil għajrna. Alla jagħtina indikazzjonijiet ta’ kif inħobbu lil Alla u lil xulin, għax bil-ħila tagħna biss, imħabbitna u kelmitna hija bħal dik tal-mara adultera ta’ Hosegħa, tal-mument, qasba tixxejjer mar-riħ, ibbażata fuq dak li nħoss fil-mument. Għalhekk neħtieġu l-kuraġġ li “nduru” minn triqatna, mill-mentalità tagħna u “nisimgħu” lil Alla jindikalna kif għandna nimxu miegħu u mal-oħrajn. Li ddur u tagħti widen ifisser li għandek il-kuraġġ toħroġ minnek innifsek, milli tiffissa fuq il-bżonnijiet tiegħek u tifhem u tagħti każ tal-ħtiġijiet tal-oħrajn.

Nitolbu lil Alla dan il-kuraġġ li tant hu nieqes fid-dinja tagħna li timlina bil-mentalità li nkunu ego-ċentriċi, magħluqin fina nfusna.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook