Is-Smiegħ tal-Kelma ta’ Alla u r-riflessjoni dwar ħajjitna huma parti essenzjali mill-mixja tar-Randan. Fil-Karmnu tal-Mdina, apparti s-smiegħ attent tal-Kelma ta’ Alla kuljum fil-komunita’, matul ir-Randan nidħlu aktar fil-fond tas-smiegħ tal-Kelma ta’ Alla għall-konverżjoni tagħna billi
1. matul ir-Randan fil-komunita’ tinżamm id-drawwa monastika li jinqara kuljum mill-patrijiet “Is-Sellum tal-Perfezzjoni” ta’ San Ġwann Klimaku. Inħeġġukom tissieħbu magħna fil-qari ta’ dan il-klassiku ta’ spiritwalita’ nisranija. Fuq il-paġna Facebook issibu kuljum silta qasira minn dan il-ktieb.
2. noffru kors ta’ ezerċizzi għall-pubbliku. Din is-sena jipprietkahom P. Ivan Scicluna, O.Carm.u se jsiru mill-10 sal-14 ta’ Marzu 2014 fis-6.30pm
3. nhar ta’ Ġimgħa u nhar ta’ Ħadd fuq dan is-sit u fuq facebook intellgħu spjega tal-Evanġelju.
Click here for more Lenten Events at Priory this year.
Go Ahead, Leave A Comment