L-Għid tal-Imwiet

By Carmelite Priory Mdina | in:
Facebook Page Available
  • LOCATION :

    Carmelite Priory - Mdina - Malta
  • Date :

    2 Novembru 2016
  • Time :

    17:00

Novembru jġib miegħu il-festa tal-Qaddisin u l-Mejtin kollha. Ma’ dawn il-festi nħolqu tradizzjonijiet li jesprimu l-fidi tagħna fix-xirka tal-qaddisin u fix-xirka tal-għeżież tagħna li ħallewna u li magħhom aħna nħossuna dejjem marbutin b’rabta li ma tinħallx għax dawn ħallew fuqna marka għal ħajjitna kollha.

Għalhekk l-Għid tal-Imwiet, lil hinn mill-banalità li qed twaqqgħu fiha l-kultura ta’ żmienna bl-eżaltazzjoni tal-makabru, huwa ċelebrazzjoni mimlija ħajr għall-ħajja ta’ dawk li ġew qabilna u radd ta’ ħajr tal-ħajja li aħna qegħdin ngħixu. Waqt li niftakru fl-għeżież mejtin tagħna u niftakru wkoll li aħna resqin hemm fejn diġà waslu huma qabilna, nitgħallmu napprezzaw il-ħajja tagħna għax hu sabiħ li tgħix u kif ngħidu bil-Malti: Ħajja waħda għandna! Barra minnhekk bħala bnedmin ta’ fidi nemmnu u nħossu rabta ħajja ma’ dawn ħutna.

l-ghid-tal-imwietMissirijietna kellhom diversi tradizzjonijiet tal-kċina marbuta mal-erwieħ u madwar il-Karmnu tal-Mdina, kemm minħabba l-kannierja, kif ukoll minħabba d-devozzjoni tal-Madonna tal-Karmnu li teħles lill-erwieħ mill-pwieni tal-Purgatorju, għadha ħajja r-rabta u d-devozzjoni lejn l-erwieħ matul is-sena kollha. Hija nuqqas ta’ sensibilità li dan l-aħħar fit-triq quddiem il-kannierja tagħna mhux biss matul Novembru imma wkoll matul is-sena, jieqfu gruppi ta’ ghost hunts li għalina jonqsu mir-rispett lejn l-għeżież tagħna mistrieħa fis-sliem. Minn hawn nappellaw sabiex il-banalitajiet inħalluhom għal posthom u nuru rispett lejn dan l-imkien imbierek u lejn is-sensibilità reliġjuża tar-reliġjużi u r-residenti li f’dan l-imkien għandhom l-għeżież tagħhom.  Min irid jitbaħnan u jkun banali jsib imkejjen oħra fejn jagħmel dan.

Fl-Imdina għad hawn devozzjoni kbira lejn l-erwieħ tal-għeżież mejtin tagħna u din id-devozzjoni tidher fis-Suffraġji li jsiru matul is-sena u fl-espressjoni popolari mħeġġa matul ix-xahar ta’ Novembru b’quddies, ċelebrazzjonijiet ta’ fidi u viżti.

Bħal dejjem, din is-sena se niċċelebraw il-festa tal-Għid tal-Imwiet bit-talb fil-Kannierja u bl-Ikla tas-Suffraġju lill-Erwieħ fir-Refettorju. Bejn bukkun u ieħor, boqqa u oħra ngħixu x-xirka tal-aħwa tal-ħajjin u l-mejtin. Il-qliegħ minn din l-ikla imur għall-karità b’suffraġju tal-Erwieħ. Fost l-għotjiet ta’ karità fis-snin li għaddew ibbenefikat il-missjoni Karmelitana fil-Bolivja u wkoll familja ta’ refuġjati issussidjata mill-Provinċja Karmelitana Maltija billi ngħatat spazju fejn tgħix f’wieħed mill-kunventi tagħna. Din is-sena l-qliegħ imur għall-proġetti soċjali tal-Missjoni Karmelitana fil-Bolivja.


Is-suffraġju tal-erwieħ isir bit-talb, l-aktar il-quddiesa, u l-għoti tal-karità.

Din is-sena l-Ikla tal-Erwieħ issir nhar it-2 ta’ Novembru wara ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u devozzjonali marbutin ma’ dan il-jum għażiż.

05.00pm Rużarju
05.30pm Quddiesa b’suffraġju għall-għeżież mejtin tagħna
06.30pm Proċessjoni bil-kant lejn il-kannierja u ċelebrazzjoni tal-Għasar bit-tberik tal-qobra.
07.15pm Ikla tal-Erwieħ fir-Refettorju

Għaċ-ċelebrazzjoni ta’ talb u quddies kulħadd hu mistieden jieħu sehem. Għall-ikla fi-refettorju huwa meħtieġ li wieħed jirriserva post minn qabel.

GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI U BIEX TIBBUKKJA GĦALL-IKLA IKKUNTATTJANA FUQ INFO@CARMELITEPRIORY.ORG

IL-POSTIJIET HUMA LIMITATI

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook