Novembru jġib miegħu il-festa tal-Qaddisin u l-Mejtin kollha. Ma’ dawn il-festi, inħolqu tradizzjonijiet li jesprimu l-fidi tagħna fix-xirka tal-qaddisin u fix-xirka tal-għeżież tagħna li ħallewna u li magħhom aħna nħossuna dejjem marbutin b’rabta li ma tinħallx għax dawn ħallew fuqna marka għal ħajjitna kollha.
Għalhekk l-Għid tal-Imwiet lil hinn mill-banalità li qed twaqqgħu fiha l-kultura ta’ żmienna, huwa ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ dawk li ġew qabilna u radd ta’ ħajr tal-ħajja li aħna qegħdin ngħixu. Waqt li niftakru fl-għeżież mejtin tagħna u niftakru wkoll li aħna resqin hemm fejn diġà waslu huma qabilna, nitgħallmu napprezzaw il-ħajja tagħna għax hu sabiħ li tgħix u kif ngħidu bil-Malti: Ħajja waħda għandna!
Missirijietna kellhom diversi tradizzjonijiet tal-kċina marbuta mal-erwieħ u madwar il-Karmnu tal-Mdina, kemm minħabba l-kannierja, kif ukoll minħabba d-devozzjoni tal-Madonna tal-Karmnu li teħles lill-erwieħ mill-pwieni tal-Purgatorju, għadha ħajja r-rabta u d-devozzjoni lejn l-erwieħ matul is-sena kollha. Din id-devozzjoni tidher fis-Suffraġji li jsiru matul is-sena u fl-espressjoni popolari mħeġġa matul ix-xahar ta’ Novembru.
Għaldaqstant din is-sena se niċċelebraw il-festa tal-Għid tal-Imwiet bit-talb fil-Kannierja u l-ikla tas-suffraġju lill-erwieħ fir-refettorju NHAR IT-2 TA’ NOVEMBRU FIS-7.00PM.
Bejn bukkun u ieħor, boqqa u oħra ngħixu x-xirka tal-aħwa tal-ħajjin u l-mejtin.
GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI U BIEX TIBBUKKJA GĦALL-IKLA IKKUNTATTJANA FUQ INFO@CARMELITEPRIORY.ORG
IL-POSTIJIET HUMA LIMITATI
QLIEGĦ IMUR B’RISQ IL-MISSJONI KARMELITANA FIL-BOLIVJA
B’SUFFRAĠJU GĦALL-ERWIEĦ GĦEŻIEŻ MEJTIN TAGĦNA.
One Comment to "L-Għid tal-Imwiet"
I never attended and looking forward to 2nd November. Please count me in.
Go Ahead, Leave A Comment