F’dan il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tradizzjoni Lhudija, Ortodossa, Anglikana u Iżlamika. L-għan huwa li naraw perspettivi differenti ta’ kif il-bniedem jagħmel esperjenza ta’ Alla fil-ħajja tal-fidi u f’kuntest ta’ reliġjon.
Il-module jingħata f’forma ta’ ġurnata seminar u jitqassam f’sessjonijiet ta’ 45min-il waħda. Ikollna ħin għall-quddiesa u pawsiet għall-kafè u likel ta’ nofsinhar
Diversi letturi esperti fit-tradizzjoni rispettiva tagħhom. Ko-ordinaturi P. Alexander Vella, O.Carm. u P. Glen Attard, O.Carm.
Carmelite Institute Malta (CIM) ġie mwaqqaf mill-Provinċja Karmelitana Maltija u l-Provinċja Maltija tal-Karmelitani Skalzi bl-għan li joffri formazzjoni fl-Ispiritwalità permezz ta’ korsijiet u riċerka. B’kollaborazzjoni mal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, dan l-Istitut joffri wkoll Masters fl-Ispiritwalità Karmelitana. CIM jaħdem ukoll f’kollaborazzjoni ma’ diversi Istituti oħra Karmelitani ta’ Spiritwalità madwar id-dinja. L-għan ewlieni ta’ CIM huwa li joħloq spazju fejn il-persuni jistgħu jirriflettu dwar ir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla permezz tal-istudju tal-awturi u t-testi l-kbar tal-ħajja spiritwali.
Għal darb’oħra il-Carmelite Institute Malta qiegħed joffri korsijiet ta’ formazzjoni għall-ħajja spiritwali lill-pubbliku in ġenerali. F’ħidma mal-Pastoral Formation Institute qed tingħata l-possibilità, għal min irid, li dawn il-korsijiet ikunu akkreditati bħala Higher Education Certificate Award skont il-Malta Qualifications Framework.
Tibqa’ l-possibilità li wieħed jattendi biss għal dawn il-korsijiet mingħajr ma japplika għal Higher Education Award. F’dan il-każ jingħata ċertifikat tas-sehem fil-modules.
Is-Sena Akkademika fil-Carmelite Institute Malta tiftaħ nhar il-5 ta’ Ottubru 2015. fil-Kunvent tal-Karmnu, l-Imdina, li huwa s-sede tal-Carmelite Institute Malta.
Go Ahead, Leave A Comment